Ewwel Talba tal-Kruċjata (01): Ir-Rigal Tiegħi lil Ġesù Sabiex Isalva l-Erwieħ.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tas-17 ta’ Novembru, 2011, fid-9 pm.
Maħbuba binti, jekk jogħġbok staqsi lil uliedi, sabiex jibdew jirreċitaw dawn it-talbiet, minn issa sat-Twissija l-Kbira. Is-segwaċi tiegħi huma mitluba, jirreċitaw dawn it-talbiet li Jiena sejjer Nagħtik kuljum, sabiex isalvaw l-erwieħ (nies ħajjin).
Din hija l-Ewwel Talba tal-Kruċjata (01). It-Talba tar-Rigal Tiegħi lil Ġesù Sabiex Isalva l-Erwieħ:
Wisq Għażiż Ġesù, Int li tant tħobbna, bil-mod ċkejken tiegħi, ħallini ngħin, biex insalva l-erwieħ prezzjużi tiegħek. Ikollok Ħniena mill-midinbin kollha, irrispettivament minn kemm joffenduk gravament. Bit-talb u t-tbatija, ħallini ngħin lil dawk l-erwieħ li ma jsalvawx fit-Twissija l-Kbira, biex ifittxu post maġenbek fis-Saltna tiegħek. Isma’ talbi, o Ġesù Ħelu, biex ngħinek tirbaħ lil dawk l-erwieħ li Int tant mxennaq għalihom. O Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù, inwiegħedek il-lealtà tiegħi lejn ir-Rieda l-Aktar Imqaddsa tiegħek, il-ħin kollu. Ammen.
Is-Salvatur tagħkom,
Ġesù Kristu