It-Talba tal-Kruċjata (02): Għal Mexxejja Globali.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tat-18 ta’ Novembru, 2011, fid-9 pm.
Maħbuba binti l-għażiża, illum Jiena qiegħed Inħeġġeġ lis-segwaċi tiegħi, sabiex joffru din it-talba ħalli jsalvaw lil dawk l-ulied imsejkna li jinsabu ttormentati mill-mexxejja ta’ pajjiżhom stess, li min-naħa tagħhom, dawn il-mexxejja qegħdin jiġu ddettati minn forzi globali, u mhux minn Alla.
It-Talba tal-Kruċjata (02). It-Talba għal Mexxejja Globali:
Missier Etern, f’Isem Ibnek il-Maħbub, Ġesù Kristu, nitolbok tipproteġi lil uliedek mill-persekuzzjoni, li qed tiġi ppjanata mill-forzi globali, kontra nazzjonijiet innoċenti. Nitolbok għall-maħfra tad-dnubiet ta’ dawk l-erwieħ, li huma l-kawża ta’ din it-tbatija, sabiex ikunu jistgħu jduru Lejk, b’qalb umli u sogħbiena. Jekk jogħġbok, agħti lil uliedek ittorturati, l-qawwa biex jifilħu għal din it-tbatija, bi tpattija għad-dnubiet tad-dinja, bi Kristu Sidna. Ammen.
Il-Maħbub Salvatur tagħkom,
Ġesù Kristu