It-Talba tal-Kruċjata (03): It-Talba Sabiex Teħles lid-Dinja mill-Biża’.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tad-19 ta’ Novembru, 2011, fil-7 pm.
Maħbuba binti l-għażiża, Jien issa qiegħed Nipprovdilek din it-talba biex teħles lid-dinja mill-biża’.
It-Talba tal-Kruċjata (03). It-Talba Sabiex Teħles lid-Dinja mill-Biża’:
O Sidi Ġesù Kristu, inħeġġek biex teħles lid-dinja mill-biża’, li tbiegħed l-erwieħ, minn dik Qalbek mimlija Mħabba. Nitolbok li l-erwieħ, li se jesperjenzaw din il-biża’ ta’ veru, waqt It-Twissija l-Kbira, jieqfu, biex iħallu lill-Ħniena tiegħek tfawwrilhom ruħhom, sabiex isiru ħielsa li jħobbuk, kif għandhom iħobbuk. Ammen.
Il-Maħbub Salvatur tagħkom,
Ġesù Kristu