It-Talba tal-Kruċjata (04): It-Talba Sabiex il-Familji Kollha Jingħaqdu

Il-Ħadd, 20 ta’ Novembru 2011 at 18:00

Ir-Raba’ Talba tal-Kruċjata (04): It-Talba Sabiex il-Familji Kollha Jingħaqdu.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tal-20 ta’ Novembru, 2011, fis-6 pm.


Binti, din it-talba hija importanti, għaliex sejra tgħin sabiex il-familji jibqgħu flimkien, ħalli jibqgħu magħqudin bħala ħaġa waħda, fis-Saltna l-Ġdida tiegħi tal-Ġenna tal-Art.


Ir-Raba’ Talba tal-Kruċjata (04). It-Talba Sabiex il-Familji Kollha Jingħaqdu:

Għaqqad lill-familji kollha, Ġesù, waqt it-Twissija l-Kbira, sabiex jirċievu s-Salvazzjoni ta’ Dejjem. Nitolbok biex il-familji kollha jibqgħu flimkien, magħqudin miegħek Ġesù, sabiex jirtu l-Ġenna tal-Art il-Ġdida tiegħek. Ammen.


Il-Maħbub Salvatur tagħkom,
Ir-Redentur tal-Umanità,
Ġesù Kristu