It-Talba tal-Kruċjata (05): Tifħir lil Alla l-Aktar Għoli.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tal-21 ta’ Novembru, 2011, fis-7 pm.
Binti, id-dinja trid toffri din it-Talba Speċjali b’tifħir u radd il-ħajr lil Alla l-Missier għall-Ħniena li qiegħed Jagħti lid-dinja kollha.
It-Talba tal-Kruċjata (05). It-Talba ta’ Tifħir lil Alla l-Aktar Għoli:
O Missier Etern, noffrulek it-talb tagħna b’radd il-ħajr ferrieħi, għad-Don prezzjuż tiegħek tal-Ħniena lill-umanità kollha. Nifirħu u noffrulek, Sultan l-Aktar Glorjuż, it-tifħir u l-adorazzjoni tagħna, għall-Ħniena tiegħek kollha Mħabba u Ħlewwa. Int o Alla l-Aktar Għoli, Int is-Sultan tagħna, u għal dan id-Don, li Int issa qed ittina, aħna nintelqu f’Riġlejk, f’servitù umli. Jekk jogħġbok, o Alla, ikollok Ħniena fuq uliedek kollha. Ammen.
Ġesù tagħkom