It-Talba tal-Kruċjata (07): It-Talba għal Dawk li Jirrifjutaw il-Ħniena

It-Tlieta, 22 ta’ Novembru 2011 @ 20:00

It-Talba tal-Kruċjata (07): It-Talba għal Dawk li Jirrifjutaw il-Ħniena.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tat-22 ta’ Novembru, 2011, fit-8 pm.


Maħbuba binti l-għażiża, il-Wasla tiegħi fid-dinja, sabiex għal darb'oħra, Insalva l-umanità, qabel l-Aħħar Ġudizzju, issa hija qrib sew. Il-Ferħ tiegħi huwa mxekkel minn tbatija kbira, minħabba dawk l-erwieħ li se jiċħdu l-Ħniena tiegħi. Inti binti, jeħtieġ li tiġġieled flimkien mal-Armata tiegħi ta’ dawk l-ulied maħbuba tas-Salib, sabiex isalvaw dawn l-erwieħ (nies ħajjin). Din hija t-talba li għandhom jgħidu sabiex jitolbu l-Ħniena għall-erwieħ fid-dlam.


It-Talba tal-Kruċjata (07). It-Talba għal Dawk li Jirrifjutaw il-Ħniena:

Ġesù, inħeġġek biex taħfer lil dawk il-midinbin, hekk b’ruħhom mudlama, li se jirrifjutaw id-Dawl tal-Ħniena tiegħek. Aħfrilhom Ġesù, nitolbok bil-ħerqa, sabiex Tifdihom minn dnubiethom, li minnhom qed isibuha daqshekk diffiċli biex joħorġu. Fawwar lill-qalbhom bir-Raġġi tiegħek tal-Ħniena, u agħtihom iċ-ċans, li jirritornaw fil-Merħla tiegħek. Ammen.


Il-Maħbub Ġesù tagħkom


Id-Drittijiet tal-Awtur © Ġesù Lill-Umanità, 2021, 2026. Id-drittijiet kollha riżervati.
Logo JTM