It-Talba tal-Kruċjata (08): It-Talba tal-Isqarrija

It-Tlieta, 22 ta’ Novembru 2011 @ 22:30

It-Talba tal-Kruċjata (08): It-Talba tal-Isqarrija.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tat-22 ta’ Novembru, 2011, fl-10.30 pm.


Jiena, Ġesù, is-Sultan u s-Salvatur tagħkom, issa qiegħed  Nippreżenta t-talba tiegħi sabiex tistqarru dnubietkom. Din it-talba għandha tingħad biex tintalab il-Ħniena għall-maħfra tad-dnubiet matul u wara t-Twissija l-Kbira.


It-Talba tal-Kruċjata (08). It-Talba tal-Isqarrija:

Ġesù Wisq Għażiż, nitolbok taħfirli dnubieti kollha, kif ukoll il-weġgħat u l-ħsara li ikkawżajt lill-oħrajn. Bl-umiltà kollha, nitolbok il-Grazzji biex nevita li nerġa’ noffendik, u biex noffri penitenza, skont ir-Rieda l-Aktar Imqaddsa tiegħek. Nitolbok bil-ħerqa, taħfirli kwalunkwe offiża oħra, li nieħu sehem fiha fil-futur, u li tikkawżalek uġigħ u tbatija. Ħudni miegħek fl-Era l-Ġdida ta’ Paċi, sabiex nsir parti mill-familja tiegħek għall-eternità. Inħobbok Ġesù. Jien għandi bżonnok. Jiena nonora Lilek u dak kollu li hu tiegħek. Għinni Ġesù, sabiex inkun denju li nidħol fis-Saltna tiegħek. Ammen.


Is-Salvatur tagħkom,
Ġesù Kristu


Id-Drittijiet tal-Awtur © Ġesù Lill-Umanità, 2021, 2026. Id-drittijiet kollha riżervati.
Logo JTM