Id-Dinja Sejra Tinbidel għal Dejjem

Il-Ħamis, 24 ta’ Novembru 2011 @ 21:00

Id-Dinja Sejra Tinbidel għal Dejjem.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tal-24 ta’ Novembru, 2011, fid-9 pm.


Maħbuba binti l-għażiża, inti ara biss li ma tibżax, għaliex issa wasal iż-żmien għalik u għad-dinja kollha. Dan il-vjaġġ tiegħek kien intens għalik binti, minħabba l-perjodu daqshekk qasir. Inti obdejt ir-Rieda Mqaddsa tiegħi mill-bidu nett, għalkemm kellek id-dubji tiegħek. Minkejja li ġejt imwaqqa’ għaċ-ċajt f’ċerti postijiet, u b’mod partikolari, minn dawk li jiftaħru li huma d-dixxipli qaddisin tiegħi, u ta’ Ommi l-Għażiża, imma inti qatt ma qagħadt taħsibħa darbtejn, li twassal il-Kelma Qaddisa tiegħi lid-dinja. Qis li tinjora dan l-uġigħ kollu tiegħek, għaliex issa għadda kollox. Jien, li issa Ġej bil-Ħniena l-Kbira tiegħi, uliedi kollha ta’ fidi vera Fija, sejrin jinżlu mal-art, b’ringrazzjament umli Lejja, sabiex jilqgħuni u jaċċettaw il-Ħniena tiegħi.

Il-Verità issa sejra tiġi żvelata. Qumu bil-wieqfa intom ilkoll, u stennew bil-ferħ il-Wasla Lura tiegħi. Id-dinja sejra tinbidel għal dejjem u b’mod permanenti. Ftakru, li huwa minħabba l-Imħabba Profonda tiegħi għalikom ilkoll, inklużi dawk minnkom li jiddieħku bil-Kelma Qaddisa tiegħi, jew li jiċħduni, li Jiena Ġej sabiex Insalvakom u għal darb’oħra.


Is-Salvatur u r-Redentur tagħkom,
Ġesù Kristu


Id-Drittijiet tal-Awtur © Ġesù Lill-Umanità, 2021, 2026. Id-drittijiet kollha riżervati.
Logo JTM