Jiena Ma Niżvelax Dati

Il-Ħadd, 27 ta’ Novembru 2011 @ 15:00

Jiena Ma Niżvelax Dati.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tas-27 ta’ Novembru, 2011, fit-3 pm.


Maħbuba binti l-għażiża, jeħtieġ li int iżżomm il-kalma u l-kompożizzjoni tiegħek u tpoġġi l-fiduċja kollha tiegħek Fija. Iż-żmien tat-Twissija l-Kbira issa kważi fuqna, u trid tibqa’ paċenzjuża. Inti qis li titlob binti, li l-umanità kollha tista’ tiġi salvata permezz ta’ dan ir-Rigal tiegħi. Jekk jogħġbok, tippruvax taqta d-dati, għaliex kif għedtlek kemm il-darba, Jiena ma niżvelax dati. Dawn mhux affari tiegħek. Int ara li jkollok il-paċenzja. Iż-żmien tat-Twissija l-Kbira sejjer jkun skont ir-Rieda Mqaddsa tiegħi. Poġġi l-fiduċja kollha tiegħek Fija, u l-kumplamant, ħalli kollox f’Idejja.


Il-Maħbub Ġesù tiegħek


 Nota: Marija Ħniena Divina tixtieq tindika, li filwaqt li hija tirċievi Messaġġi kuljum u ttella’ l-maġġoranza tagħhom, hemm numru ta’ Messaġġi li mhumiex għall-pubblikazzjoni, imma privati. Huwa għalhekk li hemm ġranet u pawżi, fejn l-ebda Messaġġ ma jiġi mttella’. Nittamaw li dan iwieġeb il-mistoqsijiet tal-qarrejja. 
Id-Drittijiet tal-Awtur © Ġesù Lill-Umanità, 2021, 2026. Id-drittijiet kollha riżervati.
Logo JTM