Imxi Maġenbi u Jobżqu Fuqek.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tat-28 ta’ Novembru, 2011, fit-8 pm.
Maħbuba binti l-għażiża, inti jeħtieġ li tiftakar li meta Lili taqdini, ħajtek dejjem sejra tkun mimlija xewk. Xejn ma jiġi faċli għalik, imma inti għandek tkun taf, li meta tkun ruħ magħżula Minni, dan jinvolvi bosta sagrifiċċji. F’dan il-vjaġġ tiegħek miexja maġenbi, in-nies sejrin jobżqu fuqek, ituk gambetti, iwaqqgħuk għaċ-ċajt, ituk bis-sieq u jitturmentawk, meta inti l-inqas li tkun qiegħda tistennihom.
Dawk kollha li jxandru l-Kelma tiegħi bil-miftuħ, se jsofru wkoll l-istess għadab. Madankollu, mhux se jkun qabel ma inti taċċetta dawn l-umiljazzjonijiet u l-provi, bħala parti mis-salib li ġġorr, meta inti għażilt li taħdem Għalija, li inti sejra timmatura lejn il-perfezzjoni spiritwali, li hija mistennija minnek. Aċċetta binti, l-umiljazzjonijiet, il-weġgħat u t-tbatijiet li jagħmlulek. Żgur li sa issa, sew int u sew is-suldati għeżież kollha tiegħi, li jaċċettaw l-Istruzzjonijiet l-aktar Sagri tiegħi, permezz ta’ dawn il-Messaġġi, tafu fiċ-ċert li huwa Jiena li Ninsab Miexi maġenbkom.
Il-Maħbub Salvatur tagħkom