Jiena Sejjer Insalvakom mit-Twerwir li Jinsab fid-Dinja Tagħkom.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tat-30 ta’ Novembru, 2011, fit-3.30 pm.
Maħbuba binti l-għażiża, dawk in-nies li huma tant ħerqana li juru l-imħabba tagħhom Lejja, ħafna drabi jsibu disprament f’ruħhom, li jħallihom iħossuhom vojta mill-Imħabba tiegħi. Dan jista’ jkun tant mhux mistenni, li jista’ jwassal għar-ruħ tagħhom tħossha fi stat ta’ abbandun, fejn huma jħossu li qatt mhi se jirkupraw minn dan il-qtugħ ta’ qalb kbir u nuqqas ta’ fidi tagħhom. Qisu li ma tibżgħux uliedi.
L-abbandun huwa xi ħaġa li intom tħossu meta tkunu qrib Tiegħi. Jiena stess Ħassejt l-istess Abbandun minn Missieri l-Għażiż, meta kont fuq l-art fid-dinja. Ħassejtni Mitluf u Waħdi, hekk kif Ippruvajt Nitkellem Miegħu kemm il-darba. Din hija prova iebsa li intom tbatu, meta tkunu temmnu verament f’Alla. Huwa l-mod ta’ kif ix-Xitan (Satana) ibiegħdkom Minni, bit-tama li wara ftit taqtgħu qalbkom għal kollox, fit-tfitxija tagħkom Lili, u terġgħu tmorru lura għal-ħajja tad-dinja, li tferraħkom għal ftit, imma li ma tissodisfakomx. Jaqaw ma tafux li t-talb ma jħallix li dan jiġri? M’intomx tindunaw li huwa Jiena li qiegħed Nippermetti dan għall-ġid tagħkom stess, u bħala parti mit-taħriġ tagħkom biex ikollkom il-qawwa spiritwali li tinkiseb biss permezz ta’ dan l-abbandun?
It-triqat ta’ Missieri huma diffiċli għalikom uliedi sabiex tifhmuhom. Afdaw fija, Ġesù tagħkom, u sejħuli ħalli Nagħtikom il-Grazzji li teħtieġu sabiex tiġġieldu miegħi, ħalli ssalvaw lil ħutkom. Huma jridu jiġu salvati mill-pjanijiet ħżiena li qed jiġu mfassla fid-dinja tagħkom minn dawk il-qawwiet li qegħdin ifittxu li jikkontrollawkom, permezz tal-istess affarijiet li teħtieġu biex tgħixu u ma tmutux. Ftakru uliedi, li Jiena Ninsab tant Qrib is-segwaċi kollha tiegħi, li meta sseħħ it-Twissija l-Kbira, l-Armata tiegħi immedjatament tikber sabiex issir avversarju qawwi tax-Xitan. It-tama qatt m’għandha titlaqkom. Jiena sejjer Insalvakom mit-twerwir li jinsab tad-dinja tagħkom li waslet għal diżordni sħiħa, kkawżata min-nuqqas ta’ twemmin fil-Missier Etern tiegħi. Dan kollu issa wasal sabiex jinbidel, meta d-dinja dalwaqt tara l-prova li teħtieġ ħalli taċċetta l-Eżistenza ta’ Alla l-Missier.
Ġesù tagħkom,
Is-Salvatur tal-Umanità