It-Talba tal-Kruċjata (11): It-Talba biex Twaqqaf il-Mibegħda għal-Viżjonarji.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tat-30 ta’ Novembru, 2011, fit-8 pm.
It-Talba tal-Kruċjata (11). It-Talba biex Twaqqaf il-Mibegħda għal-Viżjonarji:
O Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù, jekk jogħġbok, waqqaf il-mibegħda u l-għira li jeżistu fost is-segwaċi tiegħek, lejn il-viżjonarji sinċieri tiegħek, f’dawn iż-żminijiet. Nitolbok biex tisma’ talbi, ħalli tagħti lill-viżjonarji tiegħek, il-qawwa li għandhom bżonn, biex ixandru l-Kelma l-Aktar Imqaddsa tiegħek lid-dinja, li ma temminx. Ammen.