It-Talba tal-Kruċjata (12): It-Talba biex Tevita d-Dnub tal-Kburija.

Is-Sibt, 3 ta’ Diċembru 2011 @ 19:40

It-Talba tal-Kruċjata (12): It-Talba biex Tevita d-Dnub tal-Kburija.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tat-3 ta’ Diċembru, 2011, fis-7.40 pm.


Binti, Jiena għandi bżonn it-talb ta’ dawk kollha li jemmnu Fija, sabiex ikunu jistgħu isalvaw l-erwieħ tan-nies ħżiena. Ħafna nies, huma tant mimlijin kburija, minħabba l-għerf tagħhom stess, tat-Tagħlim tiegħi u li n-nuqqas ta’ umiltà tagħhom Lili Jweġġagħni. Dawn għandhom jitolbu għall-Grazzji, sabiex jerġgħu jsiru ċkejkna f’Għajnejja u jafdaw Fija. Staqsihom sabiex jitolbu din it-talba:

It-Talba tal-Kruċjata (12). It-Talba biex Tevita d-Dnub tal-Kburija:


O Ġesù tiegħi, għinni nevita d-dnub tal-kburija meta nitkellem f’Ismek. Jisgħobbija jekk niddisprezza lil xi ħadd fl-Isem Imqaddes tiegħek. Għinni nisma’ Ġesù, meta Leħnek jixxandar u imlini bl-Ispirtu s-Santu tiegħek, sabiex inkun nista’ nagħraf il-Verità ta’ Kelmtek, meta Int issejjaħ lill-umanità. Ammen.


Id-Drittijiet tal-Awtur © Ġesù Lill-Umanità, 2021, 2026. Id-drittijiet kollha riżervati.
Logo JTM