It-Tieni Miġja Tiegħi Sejra Sseħħ Ftit Wara t-Twissija l-Kbira

L-Erbgħa, 14 ta’ Diċembru 2011 @ 19:15

It-Tieni Miġja Tiegħi Sejra Sseħħ Ftit Wara t-Twissija l-Kbira.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tal-14 ta’ Diċembru, 2011, fis-7.15 pm.

Binti wisq l-għażiża, jeħtieġ li inti dejjem tafda Fija u għaldaqstant għandek tkun taf, li lanqas Messaġġ wieħed li jiġi mogħti lilek, ma qatt jista’ jiġi kkontaminat. Inti miżmuma sew fil-Qalb Imqaddsa tiegħi, fejn idejk qegħda tiġi Ggwidata minn Idi stess. Hija l-Kelma Mqaddsa tiegħi biss, li qatt tista’ tinkiteb minnek, sabiex twassal il-Messaġġi tiegħi lill-umanità kollha. Issa inti m’għandekx tibqa’ tipprova taqta’ d-data tat-Twissija l-Kbira. Għandek tkun taf, li Jiena ma nistax niżvela din id-data, għaliex mhuwiex skont ir-Rieda ta’ Missieri l-Etern. It-Twissija l-Kbira se sseħħ f’salt u ma tkunx mistennija, meta l-bniedem jinqabad fuq sieq waħda.

Iż-żmien issa huwa fuqna, u għalhekk jeħtieġ li inti tqatta’ kemm jista’ jkun ħin titlob bil-qalb, sabiex issalva l-erwieħ (nies ħajjin). U l-erwieħ tfisser, l-erwieħ kollha. Il-Kastig il-Kbir issa ġie miżmum, u dan il-kastig se jseħħ biss jekk il-bniedem jonqos milli jindem, u jibqa’ jmur lura f’numri kbar, għall-modi ħżiena u krudili tiegħu wara t-Twissija l-Kbira. Missieri ta permess sabiex titħabbar it-Tieni Miġja tiegħi fi ftit ta’ żmien ieħor lid-dinja. Din sejra sseħħ ftit wara t-Twissija l-Kbira. L-erwieħ kollha jeħtieġ li jkunu ppreparati bis-sħiħ. Għalhekk għandha tingħad din it-Talba tal-Kruċjata sabiex isalvaw l-erwieħ.


It-Talba tal-Kruċjata (14). It-Talba lill-Missier għall-Protezzjoni Kontra l-Gwerra Nukleari u Sabiex Isalvaw l-Erwieħ:

O Missier li Tista’ Kollox, Alla l-Aktar Għoli, jekk jogħġbok ikollok Ħniena mill-midinbin kollha. Iftħilhom qalbhom biex jaċċettaw is-Salvazzjoni u biex jirċievu l’abbundanza tal-Grazzji. Isma’ l-krib tiegħi għall-familti stess u kun żgur, li kull wieħed isib post f’Qalbek mimlija Mħabba. O Missier Divin tas-Smewwiet, ipproteġi lil uliedek kollha fid-dinja minn kwalunkwe gwerra nukleari jew atti oħra, li qed jiġu ppjanati biex jeqirdu lil uliedek. Żommna l-bogħod minn kull ħsara u pproteġina. Dawwalna, sabiex niftħu għajnejna, nisimgħu u nilqgħu il-Verità tas-Salvazzjoni tagħna, mingħajr ebda biża’ f’ruħna. Ammen.

Morru fil-paċi.


Il-Maħbub Salvatur tagħkom,
Ġesù Kristu


Id-Drittijiet tal-Awtur © Ġesù Lill-Umanità, 2021, 2026. Id-drittijiet kollha riżervati.
Logo JTM