Alla l-Missier: L-Aħħar Messaġġiera Sabiex Tħabbar it-Tieni Miġja t’Ibni

It-Tnejn, 16 ta’ Jannar 2012 @ 13:20

Alla l-Missier: L-Aħħar Messaġġiera Sabiex Tħabbar it-Tieni Miġja t’Ibni.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Missierna fis-Smewwiet, Alla l-Aktar Għoli, lil Marija Ħniena Divina, tas-16 ta’ Jannar, 2012, fis-1.20 pm.


Binti, meta Jiena Nibgħat il-Profeti fid-dinja, ġeneralment ikunu dawk in-nies li intom l-inqas li tistennew. Żgur li qatt mhu sejrin issibhom fl-ogħla livelli fil-Ġerarkija tal-Knisja tiegħi. Lanqas mhuma se jkunu l-aktar l-erwieħ qaddisa, minn kif jidhru mill-oħrajn. F’ħafna każijiet, dawn lanqas biss ikunu denji ta’ dan id-Don Speċjali. Madankollu, Jiena Nagħżel erwieħ bid-difetti, minn oqsma tal-ħajja mhux komuni u ta’ ħajja sempliċi, sabiex inkun Nista’ Nsawwarhom fil-ħlejjaq li Jiena tant inkun Nixtieq. Il-Profeti tiegħi tal-aħħar taż-żminijiet, xejn mhuma differenti. Huma mhux sejrin jiġu aċċettati kif ġieb u laħaq. Bħal fil-bidu tad-dinja, meta jiena Bgħatt il-Profeti tiegħi għall-ewwel darba, sabiex iħejju lill-umanità għall-Miġja ta’ Ibni l-Maħbub, Ġesù Kristu, il-Messija, ukoll kienu sabuha diffiċli, sabiex leħinhom jinstema’. Hekk issa l-istess qiegħed jigri, fejn l-ilħna tal-Messaġġiera Ġenwini tiegħi tal-aħħar taż-żminijiet, mhux se jinstemgħu fil-bidu tal-missjoni tagħhom. Madankollu, maż-żmien, sejrin jiġu rikonoxxuti. Għaliex ikun Leħni li se jiġi identifikat faċilment.

Inti binti, inti l-Aħħar Messaġġiera, mibgħuta sabiex tħabbar il-Wasla ta’ Ibni l-Maħbub, Ġesù Kristu, għat-Tieni Miġja tant mistennija tiegħu. Din il-Missjoni hija tal-biża’ għalik, u xi drabi, diffiċli ħafna biex taċċettaha. Madankollu, din hija l-Verità. Dan ix-Xogħol, meta inti tingħata Messaġġi Divini, sabiex tħejji l-Fdal tal-Knisja tiegħi fid-dinja, għat-Tieni Miġja ta’ Ibni, se jkun diffiċli għalik. Filwaqt li s’issa, Jiena Għażilt ħafna erwieħ Magħżula, u sejjer Inkompli Nikkomunika magħhom, għall-ġid tal-umanità kollha, ix-xorti tagħhom se tkun aktar faċli minn tiegħek. Xortik se tkun diffiċli bil-kbir, u inti sejra tkun ippersegwitata minħabba f’hekk.

Jien Inbierkek b’kull Grazzja mis-Saltna tiegħi tas-Sema. Inti sejra timxi 'l quddiem, bħala dak l-istrument magħżul, sabiex twassal il-Kelma l-Aktar Qaddisa tiegħi lid-dinja. Dan ix-xogħol se jkun protett Minni l-ħin kollu. U iva, inti sejra tiġi attakkata, kważi kuljum, imma kun af dan: Li kieku din il-Ħidma ma kienitx daqshekk importanti, inti taħseb li setgħet taħrab mill-attenzjoni tax-Xitan (Satana) u d-Demonji tiegħu, l-anġli ribelli? Huma binti, infiltraw id-dinja u rnexxilhom jidħlu fin fin, f’ħafna każijiet mingħajr ma jiġu ssuspettati, fil-qlub u l-erwieħ ta’ ħafna minn uliedi.

It-triq qaddisa tax-Xogħol tiegħek, għalik bħala l-Messaġġiera tal-Aħħar, mibgħuta fid-dinja sabiex tgħin issalva l-umanità, mill-ħakma aħħarija tax-Xitan, ġiet imbassra fl-Iskrittura. Id-dinja issa ilha tistenna, dawn l-Istruzzjonijiet mill-Kmand Imqaddes tiegħi. Ħafna profeti foloz, sejrin jippruvaw iwaqqfu din il-Kelma Qaddisa tiegħi, billi jxerdu l-gideb u l-konfużjoni. Dawn il-Messaġġi, sejrin jiġu ddubitati u eżaminati mill-Knisja tiegħi għal xi żbalji. Madankollu, dawn il-Messaġġi jwasslu biss il-Verità. Ħafna mill-Verità, injorata mill-Knejjes tiegħi matul is-sekli, sejra terġa’ toħroġ mill-ġdid. Uliedi, aktar rivelazzjonijiet dwar il-Verità tal-Ħajja Eterna tagħkom sejrin jiġu żvelati lilkom. Dan ix-Xogħol se jikkawża għadab kbir fin-nies, binti. Dawn sejrin jobżqu fuqek, imaqdruk, jistmerruk, u jostokolawk b’kull mod immaġinabbli.

Issa lil dawk li jsibu diffikultà, bil-Verità mogħtija lilek, il-Profeta tal-Ahhar Żminijiet, isimgħu issa t-Talbiet Tiegħi: Intom trid titolbuni għad-Don tal-Ispirtu s-Santu, qabel ma tkunu tistgħu tiftħu widnejkom sabiex tisimgħu Leħni. Għall-Verità tal-Kelma Qaddisa tiegħi u għall-Istruzzjonijiet li Jiena sejjer Nagħtikom ilkoll, sabiex ikollkom il-Ħajja ta’ Dejjem. Kliemi sejjer jkun sempliċi, ħalli kull raġel u mara, tifel u tifla, jkunu jistgħu isegwi l-Kelma Qaddisa tiegħi. Imma jeħtieġ li intom tkunu tafu dan: Filwaqt li se jkun hemm ħafna Mħabba u Dawl li jiddu permezz tal-Kelma tiegħi, sejjer ikun hemm ukoll arja ta’ Awtorità Divina, li intom sejrin ssibuha impossibbli li tinjorawha. B’dan il-mod, intom sejrin tkunu tafu li Huwa Jien, Alla tagħkom, Missierkom Etern, li qiegħed Nitkellem. Imħabbti sejra Tinvadilkom lir-ruħkom u terfa’ qlubkom il-fuq, f’għaqda sħiħa ma’ Qalbi.

Il-preparamenti issa huma kollha lesti. Wara l-Ħniena l-Kbira ta’ Ibni l-Maħbub, se jkun hemm żmien allokat, sabiex id-dinja titħejja għat-Tieni Miġja tiegħu. Iva uliedi. Jien issa qiegħed Nirranġa sabiex Insalva lil uliedi mid-Dlam. Qiegħed Nerġa’ Nieħu Lura l-Ħolqien tiegħi uliedi, u lilkom sejjer Neħodkom lejn id-Dar tagħkom bi dritt, il-Wirt tagħkom. Din hija l-Ġenna tal-Art il-Ġdida. Kunu paċenzjużi uliedi. Ftakru biss li Jien Iħobbkom. Qisu li tafdaw Fija u fil-Kelma Qaddisa tiegħi, mogħtija lilkom permezz tal-Profeta tiegħi tal-Aħħar taż-Żminijiet, Marija Ħniena Divina.


Il-Missier Etern tagħkom,
Alla l-Aktar Għoli,
Il-Ħallieq ta’ kollox


Id-Drittijiet tal-Awtur © Ġesù Lill-Umanità, 2021, 2026. Id-drittijiet kollha riżervati.
Logo JTM