Il-Verġni Marija: Hemm Pjan tal-Biza' fil-Vatikan, Biex Jeqred il-Knisja Kattolika.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbuba Omm is-Salvazzjoni, lil Marija Ħniena Divina, tat-18 ta’ Jannar, 2012, fid-9.50 am.
Binti, il-perseveranza hija meħtieġa mill-ulied kollha ta’ Alla, matul dan iż-żmien ta’ apostasija fid-dinja. Tant ftit nies qegħdin jemmnu fil-Ħallieq Divin tagħhom, Missieri, Alla l-Aktar Għoli. Huma dalwaqt sejrin jaraw il-Verità, imma ħafna xorta se jargumentaw, li m’hemm l-ebda Alla. Hemm bżonn ta’ ħafna talb issa, uliedi. Qegħdin jippjanaw kontra l-Papa Benedittu XVI, fil-kurituri tiegħu stess, minn setta qarrieqa. Din is-setta hija magħrufa li teżisti fost dawk il-Qaddejja Sagri (is-Saċerdoti) fil-Vatikan, iżda dawn m’għandhomx saħħa kontra dan il-grupp mimli ħażen, li ilu jinfiltra l-Knisja Kattolika għal sekli sħaħ. Dian il-grupp ta nies huwa responsabbli għat-tgħawwiġ tal-Verità tat-Tagħlim ta’ Ibni. Ftit li xejn huwa magħruf dwarhom jew dwar l-għemejjel vili tagħhom. Huma keċċew 'l barra d-Duttrina Vera mill-Knisja Kattolika, u minflokha ġiet mitmugħa bil-fors lill-Kattoliċi, verżjoni fietla u mdardra, matul dawn l-aħħar erbgħin sena. Tant inxterdet konfużjoni minn din is-setta kattiva, imma moħbija, li issa wliedi tbiegħdu mill-Knisja Vera.
Itolbu li ma jkeċċux lill-Papa 'l barra. Itolbu li l-Profeta Falz ma jieħux is-Sedja tal-Qdusija Tiegħu, sabiex ikun jista’ jxerred il-qerq. Araw li titolbu li dawk il-Qaddejja Sagri fil-Vatikan, ikunu b’saħħithom biżżejjed sabiex ikunu jifilħu għal dan il-pjan mill-għar, imfassal sabiex jeqred il-Knisja Kattolika. Huma jinsabu jħejju pjan sabiex jibdlu l-Vigarju Mqaddes, il-Papa Benedittu XVI, b’dittatur tal-gideb. Huwa se joħloq knisja ġdida, f’kollaborazzjoni mal-Antikrist u l-grupp tiegħu, sabiex iqarraq bid-dinja. Sfortunatament, ħafna minn uliedi, mill-lealtà għamja tagħhom lejn il-fidi Kattolika, se jsegwu bl-addoċċ din id-duttrina falza u ġdida, bħal ħrief sejrin għall-qatla.
Issa stenbħu uliedi għall-Verità. Dan il-pjan tal-biza’ biddel l-awtentiċità fundamentali tad-Duttrina Kattolika matul is-snin. Kunu afu, li intom tkunu qegħdin tinsulentaw lil Ibni meta tirċievu l-Ewkaristija Mqaddsa f’idejkom. Dan kien minħabba għemilhom. Tkunu qed tinsulentaw lil Ibni meta ma tfittxux is-Sagramenti b’mod regolari. Madankollu, dawk li tiddependu fuqhom, mhux qegħdin jiżguraw it-tkattir spiritwali tagħkom, għax m’humiex iħejju s-Sagramenti sabiex ikunu disponibbli għal kulħadd. Binti, il-ħażen tal-waħx, moħbi għal sekli sħaħ fil-kurituri tas-Santa Sede, dalwaqt se joħroġ sabiex id-dinja tarah. Dawk minn uliedi, li huma taħt id-Dell tal-Ispirtu s-Santu, se jaraw il-Verità, meta l-gidba qarrieqa tiġi ppreżentata lid-dinja. Oħrajn se jsegwu bl-addoċċ, mixjin fi sqaq mudlam.
Dalwaqt sejra tinħoloq firda kbira fil-gradi tal-Qassisin, Isqfijiet, Arċisqfijiet u Kardinali, naħa kontra l-oħra. Dawk id-Dixxipli veri tiegħi, se jkollhom jinħbew u jippridkaw privatament bil-moħbi, jew inkella jiġu maqtula. Tant se tkun sigrieta din il-Knisja Vera, li l-fidili veri se jkollhom jingħaqdu flimkien, sabiex jipprattikaw il-lealtà tagħhom bil-moħbi lejn Missieri l-Etern. L-art se titriegħed f’kull rokna tad-dinja, ikkawżata mill-Qilla ta’ Missieri fis-Sema, kontra din it-traġedja. Binti kun af, li dawn qatt ma jistgħu jirbħu. Se jkun bil-fidi u l-kuraġġ tal-membri tal-Fdal tal-Knisja u tal-Fidi Nisranija, li fl-aħħar dawn l-imposturi qarrieqa jinqerdu għal dejjem. Issa stenna u pprepara għal waqt li l-Knisja Kattolika tħabbar dawn il-bidliet. Imbagħad se tkun taf il-Verità ta’ dak li ngħidlek. Itolbu, itolbu u itolbu għall-Papa Benedittu u d-dixxipli veri tiegħu.
Il-Maħbuba Ommkom,
Omm is-Salvazzjoni