L-Antikrist, li Jinsab Moħbi fil-Ġenb, Dalwaqt Se Joħroġ fid-Dinja

Il-Ħamis, 19 ta’ Jannar 2012 @ 20:30

L-Antikrist, li Jinsab Moħbi fil-Ġenb, Dalwaqt Se Joħroġ fid-Dinja.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tad-19 ta’ Jannar, 2012, fit-8.30 pm.


Maħbuba binti l-għażiża, qum issa b’saħħa, sabiex tkompli xxandar il-Kelma l-Aktar Qaddisa Tiegħi. Lil dawk li jisimgħu u jemmnu fil-Kelma l-Aktar Qaddisa Tiegħi, Grazzji kbar jistgħu jinkisbu bir-reċitazzjoni tat-Talb tal-Kruċjata Tiegħi. Il-Purgatorju fid-dinja, li dalwaqt se jgħixuh dawk l-erwieħ li juru dispjaċir veru għal dnubiethom, se jkun diffiċli wara t-Twissija l-Kbira. Din il-penitenza hija importanti uliedi. Qisu li ma tiġġildulhiex. Iva, aċċettawha. Lil dawk li jemmnu Fija, issa tridu tisimgħuni: Intom sejrin tikbru fin-numri, wara li l-Ħniena l-Kbira Tiegħi tintwera lid-dinja, u l-vuċijiet tagħkom jidwu minn ġod-deżert. Se jkun permezz tal-qawwa u l-ispirtu tat-taqbid tagħkom, li l-Knisja tiegħi sejra tkun tista’ tibqa’ ħajja waqt il-persekuzzjoni.

Intom, uliedi, m’għandkom xejn minn x’hiex tibżgħu, dlament li timxu maġenbi bl-umiltà. L-ubbidjenza umli tagħkom hija essenzjali, jekk tridu tingħataw il-Grazzji, ħalli tibqgħu b’saħħitkom, biex tmantnu l-istamina tagħkom, u tiġġieldu fl-Armata Tiegħi, kontra l-Antikrist. Hu uliedi, jinsab moħbi fil-ġenb, imma dalwaqt se jidher quddiem id-dinja. Dan m’għandu l-ebda mistħija u se jiftaħar bl-isforzi umanitarji tiegħu. Ħafna se jaqgħu għas-seħer tiegħu, waqt li hu se jkun jappella għat-tjubija ta’ qalbhom. Hawn din it-Talba tal-Kruċjata sabiex titolbu ħalli tgħinu jitwaqqaf l-Antikrist milli jeqred lil uliedi.

It-Talba tal-Kruċjata (20). It-Talba biex Jitwaqqaf l-Antikrist milli Jeqred lid-Dinja:


O Alla Missier, f’isem il-prezzjuż Ibnek, insejjaħlek biex ma tħallix lill-Antikrist jaħtaf l-erwieħ ta’ wliedek. Nitolbok bil-ħniena, Missier li Tista’ Kollox, biex twaqqfu milli jikkawża terrur fuq uliedek. Nitolbok bil-ħniena biex twaqqfu milli jikkontamina l-ħolqien tiegħek u jkollok Ħniena fuq dawk l-imsejkna, li ma jkunu jistgħu jagħmlu xejn kontrih. Isma’ talbi Għażiż Missier, u eħles lil uliedek kollha minn dan is-saram terribbli. Ammen.


Il-Maħbub tagħkom,
Ġesù Kristu


Id-Drittijiet tal-Awtur © Ġesù Lill-Umanità, 2021, 2026. Id-drittijiet kollha riżervati.
Logo JTM