Il-Profeta Falz Se Jiġi Ttrattat Bħallikieku Kien Xi Qaddis Miexi fl-Art. Dawk li Jopponuh Se Jitqiesu Eretiċi

Is-Sibt, 21 ta’ Jannar 2012 @ 13:15

Il-Profeta Falz Se Jiġi Ttrattat Bħallikieku Kien Xi Qaddis Miexi fl-Art. Dawk li Jopponuh Se Jitqiesu Eretiċi.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tal-Bnedmin Kollha,  Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tal-21 ta’ Jannar, 2012, fis-1.15 pm.


Maħbuba binti l-għażiża, il-Messaġġiera tiegħi fid-dinja, maħtura biex ixerrdu l-Kelma Mqaddsa tiegħi, kull wieħed u waħda minnhom ingħataw rwol differenti. L-ebda tnejn minnhom m’huma l-istess. Huwa għalhekk li l-Messaġġiera tiegħi qatt m’għandhom iħalltu l-Messaġġi tagħhom, billi jqabbluhom ma’ tal-oħrajn. Inti binti, bħala s-Seba’ Messaġġiera tiegħi, ġejt magħżula sabiex tinforma lil uliedi dwar il-Verità. Ħafna mill-Verità tiegħi diġà ngħatatlek, iżda għad baqa’ ħafna aktar. Minħabba s-sigrieti li jinsabu f’dawn il-Messaġġi, għalhekk inti mela, meta jiġu żvelati, sejra tiġi mwaqqa’ għaċ-ċajt u mmaqqdra, bħallikieku kont xi bela. Dawn il-Messaġġi huma intenzjonati sabiex jgħinu lin-nies tiegħi jippurifikaw lilhom infushom, inklużi dawk li jaċċettaw is-sejħa biex jimxu warajja, kif ukoll dawk in-nies nieqsa minn kull imħabba u ta’ qalbhom kiesħa. Mingħajr dan it-tindifa, d-dinja ma tistax tissaffa. Jeħtieġ li tiġi ppurifikata, sabiex issir denja, u hekk, Jien inkun nista’ nerġa’ Niġi u Nimxi fuqha.

Uliedi issa għandhom jifirħu. Il-biża’ mhix xi ħaġa li ġejja Minni. Il-biża’ ġejja mid-Demonju. Madankollu, inti tkun maħfura u ġġustifikata meta inti tinkweita minħabba dawk l-erwieħ (nies ħajjin) li mixjin fl-għama. Mhux għax ma jistgħux jaraw, imma għaliex jagħżlu li ma jarawx. Id-dmir tagħkom Lejja, maħbubin segwaċi fl-Armata tiegħi, huwa li tgħinuni Nħejji t-triq għar-Renju Divin tiegħi, li ġej fid-Dinja. Jiena Għandi Bżonn l-għajnuna tagħkom. Għandi bżonn it-talb tagħkom. It-talb tagħkom sejjer idgħajjef il-ħidma tal-Antikrist, kif ukoll tal-Profeta Falz, li se jieħu postu fis-Santa Sede f’Ruma. Lilkom, uliedi kollha, hemm bżonn tkunu tafu, li Jiena Naħfer lil kwalunkwe persuna. Anke dawk lil huma involuti fi gruppi sataniċi, li dwarhom qiegħed Nitkellem, dawn jistgħu jiġu Salvati milli jkomplu neżlin aktar 'l isfel, sal-kanċell tal-Infern. 

Id-dnub jista’ jiġi mtaffi sew bit-talb. M’għandkomx għalfejn tmorru fuq il-battalja u tiġġieldu bil-ponn tagħkom merfugħ ’il fuq. Kull ma tridu tagħmlu hu li titolbu. Il-Ġenna tal-Art il-Ġdida tiegħi, hija ta’ sbuħija impressjonanti uliedi. Digà saret ħafna tħejjija, u bl-istess għeġubijiet kif ippreżentati lil Adam u Eva, li huma ċaħdu, permezz tad-dnub. Kollox jinsab għal lest. Intom, is-segwaċi tiegħi, sejrin tibbenefikaw mill-ġmiel tal-Ġenna tal-Art il-Ġdida fid-Dinja, li fuqha Jiena se Nsaltan. Peress li intom, din il-ġenerazzjoni, ġejtu magħżula biex tgawdu din il-Ġenna tal-Art, m’għandkomx tieqfu minn xogħolkom, jiġifieri li tgħinuni Nieħu lil uliedi kollha miegħi, fis-Saltna Glorjuża tiegħi. Madankollu uliedi, kunu konxji, li anke l-Profeta Falz se jġegħelkom temmnu, li hu ukoll qed iħejjilkom post simili ta’ ġenna fl-art. Il-gideb tiegħu se jsaħħar grupp ta’ segwaċi Kattoliċi mingħajr ma jissuspettaw xejn. Huwa se jippreżenta dehra ta’ kariżma tħulija u meraviljuża lil uliedi kollha, fil-Knisja Kattolika, ħalli jsiru konfużi. Sinjali li għandkom toqgħodu attent għalihom, se jkun il-kburija u l-arroganza tiegħu, moħbija wara apparenza ta’ umiltà falza.

Tant minn wliedi sejrin jkunu mqarrqa, li veru se jaħsbu li hu xi ħadd eċċezzjonali u mingħajr ebda ħażen. Dan il-Profeta Falz se jiġi trattat bħallikieku kien xi qaddis miexi fl-art. Lanqas kelma waħda minn fommu ma tiġi kkontestata. Hu se jidher ukoll li għandu xi doni sopranaturali, u n-nies se temmen immedjatament li hu kapaċi jwettaq il-mirakli. Kull min jopponih se jiġi kkritikat u jkun kkunsidrat bħala eretiku. Imbagħad, l-erwieħ kollha bħal dawn, akkużati li huma eretiċi, se jiġu mwarrba u mitmugħa lill-klieb. Il-Verità kollha, rigward it-Tagħlim tiegħi, se tkun mgħawġa. Kollox se jkun gidba. Il-persekuzzjoni se tevolvi bil-mod il-mod, fejn għall-ewwel tkun sottili. Il-Qaddejja Sagri (is-Saċerdoti) veri tiegħi se jkollhom Iqaddsu privatament, u f’ħafna każijiet, mhux f’xi Knisja Kattolika. Ikollhom joffru s-Sagrificċċju tal-Quddies f’refuġji. Issa uliedi, meta dan jiġri, araw li ma titilfux it-tama. Għaliex dan kollu se jdum żmien qasir biss. Biss intom itolbu għal dawk l-erwieħ, li minħabba l-wegħda ta’ lejaltà tagħhom lejn il-Profeta Falz, se jinsew it-Trinità Mqaddsa, li hija l-pedament li fuqu hija mibnija l-Knisja Kattolika.

Ħafna reliġjonijiet isegwu parti waħda biss mit-Trinità Mqaddsa. Xi wħud jonoraw lill-Missier, oħrajn lill-Iben, imma it-Tlieta  huma Wieħed, binti. Hemm Alla Veru wieħed biss. Jiġifieri l-Missier, l-Iben u l-Ispirtu s-Santu, tliet persuni distinti, kollha f’Essenza Divina Waħda. Ir-reliġjonijiet kollha dalwaqt se jingħataw il-Verità, u ħafna se jaċċettaw dan il-Misteru Qaddis. Segwuni lejn it-Triq tas-Salvazzjoni, għaliex intom, bħala segwaċi tiegħi, għandkom futur glorjuż quddiemkom, imma tridu tibqgħu sodi.

Din hija l-ġenerazzjoni magħżula, għall-Ġenna tal-Art il-Ġdida tiegħi fid-Dinja. Tiċħdux dan id-Don glorjuż tal-Ħajja, li jiddi fl-ispendur kollu tiegħu. Lanqas ruħ waħda ma jkolla bżonn xi ħaġa. Il-Ġenna tal-Art il-Ġdida tiegħi fid-Dinja se tkun Era ta’ Paċi u Hena, u mingħajr dnub. Din hija r-Rieda Divina ta’ Missieri u li kienet il-Wegħda tiegħu lill-umanità mill-bidu nett. Qisu li tkunu ferħanin u hienja, għax għandkom ħafna għal xhiex tistennew bil-ħerqa uliedi. Il-provi li ġejjin fuqkom, jintfew u jsiru insinjifikanti, meta mbagħad tkunu xhieda ta’ din is-Saltna Glorjuża, li qegħda tistennikom. Jien Inħobbkom uliedi. Naf ukoll li tħobbuni. Minħabba f’hekk, nitlobkom turu mħabba lejn dawk li huma għomja għall-Ispirtu s-Santu tiegħi. Araw li titolbu għalihom ma’ kull opportunità li jkollkom, sabiex huma jkunu jistgħu jaraw mill-ġdid, il-Verità tal-Wegħda tiegħi, li għamilt lill-umanità, meta Mitt biex Niżgura s-Salvazzjoni Eterna tagħkom.


Il-Maħbub Ġesù tagħkom,
Is-Salvatur tal-Bnedmin Kollha


Id-Drittijiet tal-Awtur © Ġesù Lill-Umanità, 2021, 2026. Id-drittijiet kollha riżervati.
Logo JTM