Il-Fornikazzjoni, il-Pornografija u l-Prostituzzjoni, Kollha Huma Dnubiet Mejta

Il-Ħamis, 9 ta’ Frar 2012 @ 15:00

Il-Fornikazzjoni, il-Pornografija u l-Prostituzzjoni, Kollha Huma Dnubiet Mejta.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna, Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina,  tad-9 ta’ Frar, 2012, fit-3.00 pm.


Maħbuba binti l-għażiża, il-bniedem irid idur 'il bogħod mid-dnub u malajr. Tant dnubiet illum, m’għadhomx jitqiesu bħala tali.

Tant weġgħat bil-kbir kontra Missieri, qed jitwettqu mingħajr ebda ħtija mill-midneb.

Uliedi, tridu tieqfu. Qed teqirdu ħajjitkom. Ix-xitan (Satana) qiegħed iwaqqagħni għaċ-ċajt, meta jiftaħar b’dawk l-erwieħ li qed jisraqli, kull sekonda. Kieku rajtu l-erwieħ, miljuni sħaħ, jitgerrbu għall-isfel ġon-nirien tal-eternità, kontu tmutu bix-xokk.

Kif naqsam Qalbi meta nara t-twerwir tal-waħx ta’ dawn l-erwieħ, li għexu f’xi dnub tal-biza’ meta kienu fuq l-art, li issa tant ikollhom jsofru. Id-dnubiet li dawn kienu ħatja tagħhom, mhux dejjem huma dawk li inhom taħsbu li huma dnub mejjet.

Irrid nitkellem dwar il-fornikazzjoni li hija aċċettata faċilment fid-dinja tal-lum, il-parteċipazzjoni u l-wiri tal-pornografija, il-prostituzzjoni u l-abbuż sesswali. Irrid nirreferi għall-mibegħda lejn ħaddieħor, kif ukoll ta’ dawk li jikkawżaw uġigħ u miżerja fuq oħrajn inqas fortunati minnhom. Hekk ukoll id-dnub tal-idolatrija, fejn tqimu l-ġid materjali fuq kwalunkwe ħaġa oħra, iżda li mhuma xejn ħlief irmied.

Mhintomx qed tifhmu, li ladarba tidinbu b’dan il-mod, tkunu qed titbiegħdu aktar minni u kuljum? Imbagħad isir ħafna aktar diffiċli, li teħilsu mid-dwiefer imdawwrin magħkom tas-Sultan tad-Dlam.
Stenbħu, uliedi. Kunu konxji tal-eżistenza tal-Infern u twerwru meta taħsbu li tidħlu mill-bibien tad-dannazzjoni eterna. Qed ngħidilkom dan mhux biex inbeżżagħkom, imma biex naċċerta li qed tifhmuni dwar d-dnub il-mejjet li dan se jwassalkom hemm ġew, sakemm ma terġgħux lura għandi issa. It-talb, u ħafna talb, se jkun meħtieġ biex terġgħu lura għandi, imma isimgħu dan. Lil dawk minnkom li huma ddisprati, imdejqin u b’qalbkom maqtugħa, minħabba l-abbiss tad-dnub il-mejjet li tinsabu fih, kemm titolbuni biss u Jien naħfirkom.
 
Biss tridu turuni ndiema vera, u tmorru tqerru, issa. Jekk ma tistgħux tmorru tqerru, allura għidu t-Talba tal-Kruċjata tiegħi għal Indulġenza Plenarja għall-Assoluzzjoni, fuq perjodu ta’ sebat ijiem konsekuttivi.


It-Talba tal-Kruċjata (24). It-Talba għal Assoluzzjoni Sħiħa:


“O Ġesù tiegħi, Int id-Dawl tad-Dinja. Int il-Fjamma li tmiss lill-kulħadd.

Il-Ħniena u l-Imħabba tiegħek huma bla tarf.

M’aħniex denji tas-Sagrifiċċju li għamilt b’Mewtek fuq is-Salib, iżda nafu wkoll, li Mħabbtek għalina, hija akbar mill-imħabba li għandna għalik.

Agħtina o Mulej id-Don tal-Umiltà, sabiex ikun jistħoqqilna s-Saltna l-Ġdida tiegħek. Imliena bl-Ispirtu s-Santu, sabiex inkunu nistgħu nimxu ’l quddiem u nwasslu lill-Armata tiegħek, biex tħabbar il-Verità ta’ Kelmtek Imqaddsa, u nippreparaw lil ħutna, għall-glorja tat-Tieni Miġja tiegħek fid-dinja.

Nonorawk u nfaħħruk. Noffru lilna nfusna, in-niket u t-tbatijiet tagħna, bħala rigal Lilek, sabiex insalvaw l-erwieħ.

Inħobbuk Ġesù. Ikollok Ħniena minn uliedek kollha, kull fejn jinsabu. Ammen.”


Jien qatt mhu ser naqta’ Qalbi mill-midinbin u nħoss imħabba partikulari għalihom. Inħobbhom b’mod speċjali ħafna, imma nobgħod dnubiethom.

Għinuni nsalvakom, uliedi. Tħallux sakemm imbagħad ikun tard wisq.


Il-Maħbub tagħkom Ġesù


Id-Drittijiet tal-Awtur © Ġesù Lill-Umanità, 2021, 2026. Id-drittijiet kollha riżervati.
Logo JTM