Il-Fornikazzjoni, l-Pornografija u l-Prostituzzjoni, Huma Kollha Dnubiet Mejta

Il-Ħamis, 9 ta’ Frar 2012 at 15:00

Il-Fornikazzjoni, l-Pornografija u l-Prostituzzjoni, Huma Kollha Dnubiet Mejta.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna, Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina,  tad-9 ta’ Frar, 2012, fit-3.00 pm.


Maħbuba binti l-għażiża, il-bniedem irid idur 'il bogħod mid-dnub u malajr. Tant dnubiet illum, m’għadhomx jitqiesu hekk. Tant weġgħat bil-kbir kontra Missieri, qegħdin jitwettqu mingħajr ebda ħtija mill-midinbin. Uliedi, tridu tieqfu. Intom qegħdin teqirdu ħajjitkom. Ix-xitan (Satana), Lili qiegħed iwaqqagħni għaċ-ċajt, meta jiftaħar b’dawk l-erwieħ li qed jisraqli, ma’ kull sekonda li tgħaddi. Li kieku intom rajtu l-erwieħ, miljuni sħaħ, jitgerrbu għall-isfel ġon-nirien tal-eternità, kontu tmutu bil-qata’ li tieħdu. Kif Naqsam Qalbi Jiena, meta Nara t-twerwir tal-waħx ta’ dawn l-erwieħ, li għexu f’xi dnub tal-biza’ meta kienu fuq l-art, li issa tant sejrin ikollhom isofru. Id-dnubiet li dawn in-nies, li huma kienu ħatja tagħhom, mhux dejjem huma dawk biss id-dnubiet, li inthom taħsbu li huma dnubiet mejta. Illum Irrid Nitkellem dwar il-fornikazzjoni li hija aċċettata faċilment fid-dinja tal-lum, dwar il-parteċipazzjoni u l-wiri tal-pornografija, il-prostituzzjoni u l-abbuż sesswali.

Jiena hawn ukoll qiegħed Nirreferi għad dnub tal-mibegħda lejn ħaddieħor, kif ukoll ta’ dawk li jikkawżaw uġigħ u miżerja fuq nies oħrajn inqas fortunati minnhom. Hekk ukoll id-dnub tal-idolatrija, fejn tqimu l-ġid materjali fuq kwalunkwe ħaġa oħra, iżda li mhuma xejn ħlief irmied. Jaħasra, kif m’hintomx qegħdin tifhmu, li ladarba tidinbu b’dan il-mod, tkunu qed titbiegħdu aktar Minni u kuljum? Imbagħad isir ħafna aktar diffiċli, li teħilsu mid-dwiefer imdawwrin magħkom tas-Sultan tad-Dlam. Issa stenbħu uliedi. Qisu li tkunu konxji tal-eżistenza tal-Infern u għandkom titwerwru meta taħsbu li tistgħu tidħlu mill-bibien tad-Dannazzjoni Eterna. Jiena qiegħed Ngħidilkom dan mhux biex inbeżżagħkom, imma biex Naċċerta li qed tifhmuni dwar d-dnub il-mejjet, u li dan se jwassalkom hemm ġew, sakemm ma terġgħux Lura Għandi issa. It-talb, u l-ħafna talb, se jkun meħtieġ sabiex terġgħu Lura Għandi, imma isimgħu dan: Lil dawk minnkom li huma ddisprati, imdejqin u b’qalbkom maqtugħa, minħabba l-abbiss tad-dnub il-mejjet li tinsabu fih, intom kemm titolbuni biss u Jien Naħfirkom. Imma intom tridu turuni ndiema vera, u tmorru tqerru issa. Jekk ma tistgħux tmorru tqerru, allura għidu t-Talba tal-Kruċjata tiegħi għal Indulġenza Plenarja għall-Assoluzzjoni, fuq perjodu ta’ sebat ijiem konsekuttivi.

It-Talba tal-Kruċjata (24). It-Talba għal Assoluzzjoni Sħiħa:


O Ġesù tiegħi, Int id-Dawl tad-Dinja. Int il-Fjamma li tmiss lill-kulħadd.Il-Ħniena u l-Imħabba tiegħek huma bla tarf. M’aħniex denji tas-Sagrifiċċju li għamilt b’Mewtek fuq is-Salib, iżda nafu wkoll, li Mħabbtek għalina, hija akbar mill-imħabba li għandna għalik. Agħtina o Mulej id-Don tal-Umiltà, sabiex ikun jistħoqqilna s-Saltna l-Ġdida tiegħek. Imliena bl-Ispirtu s-Santu, sabiex inkunu nistgħu nimxu ’l quddiem u nwasslu lill-Armata tiegħek, biex tħabbar il-Verità ta’ Kelmtek Imqaddsa, u nippreparaw lil ħutna, għall-glorja tat-Tieni Miġja tiegħek fid-dinja. Nonorawk u nfaħħruk. Noffru lilna nfusna, in-niket u t-tbatijiet tagħna, bħala rigal Lilek, sabiex insalvaw l-erwieħ. Inħobbuk Ġesù. Ikollok Ħniena minn uliedek kollha, kull fejn jinsabu. Ammen.


Kunu afu, li Jiena qatt mhu sejjer Naqta’ Qalbi mill-midinbin għaliex Inħoss Imħabba partikulari għalihom. Inħobbhom b’mod speċjali ħafna, imma Nobgħod dnubiethom. Għinuni Nsalvakom uliedi. Qisu li ma tħallux għall-aħħar, sakemm imbagħad ikun tard wisq.


Il-Maħbub tagħkom Ġesù