Alla l-Missier: L-Ewropa Se Tkun l-Ewwel Mira tad-Drugun il-Ħamrani, Segwita bl-Istati Uniti tal-Amerka.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Missierna fis-Smewwiet, Alla l-Aktar Għoli, Ħallieq tal-Bnedmin Kollha, lil Marija Ħniena Divina, tal-14 ta’ Frar, 2012, fis-6.00 pm.
Binti, dwar iż-żmien ta’ fejn jidħlu l-Kastigi tiegħi u t-Twissija, dan mhux biċċ tiegħek.
M’hemmx għalfejn tinkwieta dwar iż-żmien Divin tiegħi, għax dan se jkun biss skont ir-Rieda Mqaddsa tiegħi.
Madankollu, kun af dan, id-Dragun il-Ħamrani, li xi żmien ilu inti digà ġejt mgħarfa bih, issa qajjem rasu, riżervat, iżda bl-intenzjoni fatali li jibla’ l-Insara madwar id-dinja kollha.
Paċenzjuż għal tant żmien li ilu jistenna, issa se jinżel b’ġirja u għal għarrieda, bin-nar ħiereġ minn ħalqu, biex jattakka u jeqred dak kollu li jirrappreżenta l-qima Lejja, Alla l-Aktar Għoli, u lil Ibni l-Għażiż, Ġesù Kristu.
L-Ewropa se tkun l-ewwel mira tiegħu u mbagħad l-Istati Uniti tal-Amerika. Il-Komuniżmu se jiġi introdott, u gwaj għal dawk li jopponu r-renju tad-Dragun il-Ħamrani.
Binti, qed ninduna li l-Messaġġi Divini, mogħtija lilek dan l-aħħar, qed jaljenawk, iżda l-Verità trid tiġi żvelata. Huwa biss permezz tal-profeziji li jiġu mxandra, li l-fidi se tiġi restawrata. Din hija r-raġuni għaliex il-profeziji qed jingħataw lil uliedi issa, sabiex jagħrfu l-Verità tat-Tagħlim tiegħi.
Il-profeziji kollha mogħtija lill-profeti tiegħi Danjel u Ġwanni, se jinkixfu bħal qoxra fuq qoxra. Se jingħatawlek id-dettalji binti, biex tgħin fil-bini tal-Fdal tal-Knisja tiegħi fid-dinja. Huma, uliedi, se jkollhom bżonn jiġu kkonsolati permezz tal-Messaġġi tiegħi ta’ Mħabba u Jiena se nassigurahom dwar dan. Ejjew strieħu Fuqi uliedi, il-Maħbub Missier tagħkom, u jiena nagħtikom il-Grazzji li teħtieġu biex tegħlbu lill-Għadu.
Dawn ma jistgħux jirbħu, u l-poter tagħhom, mhux biss se jkun għal żmien qasir, iżda d-Dragun il-Ħamrani u l-alleati għomja tiegħu, se jintefgħu fin-nar tal-Kundanna Eterna.
Dawn in-nies, itolbu għal ruħhom, għax permezz tat-talb tagħkom, tistgħu tgħinuhom sabiex issalvawhom.
It-Twissija, ftit li xejn se tkun importanti għas-segwaċi tax-Xitan (Satana), id-Dragun il-Ħamrani u l-armati tiegħu. Qlubhom tant issa hija mwebbsa, li apposta se jingħaqdu man-naħa tad-Demonju. Il-lealtà tagħhom hija lejn il-ġenna finta li qed iwiegħedhom.
Hekk kif l-erwieħ (nies ħajjin) magħżula jingħataw id-don tad-dehriet, jew bħal fil-każ tiegħek, id-don li jaraw Lili u lil Ibni l-Għażiż, Ġesù Kristu, ċerti erwieħ oħra qed jintwerew viżjonijiet tax-Xitan, u l-anġli ribelli u mniġġsa tiegħu.
L-impenn tagħhom huwa tant qrib lejn id-Demonju, li ħafna mis-segwaċi tax-Xitan, jippreferu jmutu milli jirrikonoxxuni, Lili, Missierhom li Nista’ Kollox.
Il-Wegħda tiegħi hija din, uliedi.
Jiena nipproteġi lil uliedi kollha, dawk li għandhom is-Siġill ta’ Mħabbti, stampat f’ruħhom. Intom se teħilsu mill-persekuzzjoni sabiex tibqgħu b’saħħitkom, ħalli titolbu bil-ħeġġa kollha għal dawn in-nies mill-għar. Dan jgħin biex jiddgħajjef it-terrur u jevita l-gwerra, il-ġuħ u l-persekuzzjoni reliġjuża.
Dan it-talb Lili, Missierkom, issa tridu tinkludu fit-talb tagħkom ta’ kuljum, din it-talba speċjali tal-kruċjata.
It-Talba tal-Kruċjata (30). It-Talba biex Tiġi Evitata l-Gwerra, il-Ġuħ u l-Persekuzzjoni Reliġjuża:
“O Missieri Etern, Alla l-Ħallieq tal-Univers, f’isem Ibnek il-Prezzjuż, nitolbok bil-ħniena biex tagħmilna nħobbuk aktar.
Għinna nkunu kuraġġużi, bla biża’ u qawwija, quddiem dak kollu li hu kontra. Aċċetta s-sagrifiċċji, it-tbatijiet u l-provi tagħna, bħala rigal quddiem it-Tron tiegħek biex Issalva lil uliedek fid-dinja.
Taffi l-qlub tal-erwieħ li huma mniġġsa. Iftħilhom għajnejhom għall-Verità ta’ Mħabbtek, sabiex jingħaqdu, ma’ wliedek kollha fil-Ġenna tal-Art, li ħloqtilna b’Imħabba, skont ir-Rieda Divina tiegħek. Ammen.”
Jekk jogħġobkom tinjorawx l-Intervent mis-Smewwiet tiegħi u f’ħajjitkom illum, uliedi.
Għal dawk minnkom li għandkom imħabba profonda għalija, Missierkom, tafu li rrid nippreparakom għal dan il-vjaġġ importanti. Ma nkunx qed nagħmel dmiri bħala l-Ħallieq u l-Missier tagħkom u kollu mħabba, li kieku ma nikkomunikax magħkom matul dawn l-Aħħar taż-Żminijiet, kif tafuhom fid-dinja u kif inhuma bħalissa.
Lil dawk li forsi qed jibżgħu mill-Kliem l-Aktar Qaddis tiegħi, ħalluni nfarraġkom billi ngħidilkom, li dan ma jfissirx it-tmiem tad-dinja, għax ma jfissirx hekk.
Dan huwa sempliċement it-tmiem tar-renju tax-Xitan fid-dinja, li għandu jkun milqugħ tajjeb, uliedi. Iż-żmien qed joqrob sabiex Ibni jieħu t-Tron leġittimu tiegħu meta jiġi għat-Tieni Darba, biex isaltan fuq il-Ġenna tal-Art il-Ġdida u Perfetta fid-dinja.
Qalbi tkun trid tinfaqa’ bil-ferħ meta ngħidilkom uliedi, dwar id-Dinja l-Ġdida, li ħejjejt għalikom. Uliedi se jgħixu għal elf sena fil-Ġenna tal-Art li ħloqt għal Adam u Eva.
Se jkun hemm paċi, imħabba, armonija u ma jkun jonqoskom xejn.
In-nies se jiżżewġu u jkollhom it-tfal, u l-fjuri, ix-xmajjar, l-ibħra, il-muntanji u l-għadajjar kbar se jaqtgħulkom nifiskom.
L-annimali se jgħixu ma’ wliedi f’armonija u intom se tkunu mmexxija mill-Imħabba, taħt ir-Renju ta’ Ibni, Ġesù Kristu.
Imbagħad, dak inhar biss, isseħħ ir-Rieda Mqaddsa tiegħi kif fis-Sema hekkda fl-art .
Il-Maħbub Missierek
Alla l-Ħallieq tal-Bnedmin Kollha
Alla l-Aktar Għoli