Alla l-Missier: L-Ewropa Se Tkun l-Ewwel Mira tad-Drugun l-Aħmar, Segwita bl-Istati Uniti tal-Amerka

It-Tlieta, 14 ta’ Frar 2012 at 18:00

Alla l-Missier: L-Ewropa Se Tkun l-Ewwel Mira tad-Drugun l-Aħmar, Segwita bl-Istati Uniti tal-Amerka.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Missierna fis-Smewwiet, Alla l-Aktar Għoli, lil Marija Ħniena Divina, tal-14 ta’ Frar, 2012, fis-6.00 pm.


Binti, dwar iż-żmien ta’ fejn jidħlu l-Kastig il-Kbir Tiegħi u t-Twissija l-Kbira, dan mhux biċċa tiegħek. M’hemmx għalfejn tinkwieta dwar iż-Żmien Divin Tiegħi, għax dan se jkun biss skont ir-Rieda Mqaddsa Tiegħi. Madankollu, kun af dan, li d-Dragun l-Aħmar, li xi żmien ilu inti digà ġejt mgħarfa bih, issa qajjem rasu, għalissa ftit riżervat, iżda bl-intenzjoni qerrieda li jibla’ l-Insara madwar id-dinja kollha. Għalkemm paċenzjuż għal tant żmien twil li ilu jistenna, issa sejjer jinżel bil-ġirja u għal għarrieda, bin-nar ħiereġ minn ħalqu, sabiex jattakka u jeqred dak kollu li jirrappreżenta l-qima Lejja, Alla l-Aktar Għoli, u lil Ibni l-Għażiż, Ġesù Kristu. L-Ewropa se tkun minn tal-ewwel fil-mira tiegħu u mbagħad l-Istati Uniti tal-Amerika. Il-Komuniżmu se jiġi ntrodott, u gwaj għal dawk li jopponu r-renju tad-Dragun l-Aħmar. Binti, Jiena qiegħed Ninnota, li l-Messaġġi Divini, Mogħtija lilek dan l-aħħar, qed jaljenawk, iżda l-Verità trid tiġi żvelata. Huwa biss permezz tal-Profeziji li jiġu mxandra, li l-fidi tan-nies sejra tiġi restawrata. Din hija r-raġuni għaliex il-Profeziji qed jingħataw lil uliedi issa, sabiex huma jagħrfu l-Verità tat-Tagħlim Tiegħi.

Il-Profeziji kollha mogħtija lill-Profeti Tiegħi Danjel u Ġwanni, issa sejrin jinkixfu folja folja. Lilek se jingħatawlek id-dettalji binti, sabiex inti tgħin fil-bini tal-Fdal tal-Knisja Tiegħi fid-dinja. Huma, uliedi, se jkollhom bżonn jiġu kkonsolati permezz tal-Messaġġi Tiegħi ta’ Mħabba u Jiena Nassigurahom dwar dan. Ejjew strieħu Fuqi uliedi, il-Maħbub Missier Tagħkom, u jiena Nagħtikom il-Grazzji li teħtieġu biex tegħlbu lill-Għadu. Dawn ma jistgħux jirbħu, u l-poter tagħhom, mhux biss se jkun għal żmien qasir, iżda d-Dragun l-Aħmar u l-alleati għomja tiegħu, se jintefgħu fin-nar tal-Kundanna Eterna. Dawn in-nies, araw li titolbu għal ruħhom, għaliex permezz tat-talb tagħkom, tistgħu tgħinuhom sabiex issalvawhom. It-Twissija l-Kbira, ftit li xejn se tkun importanti għas-segwaċi tax-Xitan (Satana), id-Dragun l-Aħmar u l-armati tiegħu. Qlubhom tant issa hija mwebbsa, li apposta se jingħaqdu man-naħa tad-Demonju. Il-lealtà tagħhom hija lejn il-ġenna finta li qed iwiegħedhom. Hekk kif l-erwieħ (nies ħajjin) magħżula jingħataw id-don tad-dehriet, jew bħal fil-każ tiegħek, id-don li jaraw Lili u lil Ibni l-Għażiż, Ġesù Kristu, ċerti erwieħ oħra jinsabu jintwerew viżjonijiet tax-Xitan, u l-anġli ribelli u mniġġsa tiegħu. L-impenn tagħhom huwa tant qrib lejn id-Demonju, li ħafna mis-segwaċi tax-Xitan, jippreferu jmutu milli jirrikonoxxuni, Lili, Missierhom, Jiena li Nista’ Kollox.

Il-Wegħda Tiegħi hija din uliedi: Jiena Nipproteġi lil uliedi kollha, dawk li għandhom is-Siġill ta’ Mħabbti, stampat f’ruħhom. Intom se teħilsu mill-persekuzzjoni sabiex tibqgħu b’saħħitkom, ħalli titolbu bil-ħeġġa kollha għal dawn in-nies mill-għar. Dan jgħin sabiex jiddgħajjef it-terrur u jevita l-gwerra, il-ġuħ u l-persekuzzjoni reliġjuża. Fit-talb tagħkom Lili, Missierkom, issa tridu tinkludu fit-talb ta’ kuljum, din it-talba speċjali tal-kruċjata.

It-Talba tal-Kruċjata (30). It-Talba biex Tiġi Evitata l-Gwerra, il-Ġuħ u l-Persekuzzjoni Reliġjuża:


O Missieri Etern, Alla l-Ħallieq tal-Univers, f’isem Ibnek il-Prezzjuż, nitolbok bil-ħniena biex tagħmilna nħobbuk aktar.Għinna nkunu kuraġġużi, bla biża’ u qawwija, quddiem dak kollu li hu kontra. Aċċetta s-sagrifiċċji, it-tbatijiet u l-provi tagħna, bħala rigal quddiem it-Tron tiegħek biex Issalva lil uliedek fid-dinja.Taffi l-qlub tal-erwieħ li huma mniġġsa. Iftħilhom għajnejhom għall-Verità ta’ Mħabbtek, sabiex jingħaqdu, ma’ wliedek kollha fil-Ġenna tal-Art, li ħloqtilna b’Imħabba, skont ir-Rieda Divina tiegħek. Ammen.


Jekk jogħġobkom tinjorawx l-Intervent mis-Smewwiet Tiegħi u f’ħajjitkom illum uliedi. Għal dawk minnkom li għandkom imħabba profonda Għalija, Missierkom, tafu li Jien Irrid Nippreparakom għal dan il-vjaġġ importanti. Ma nkunx qed Nagħmel Dmiri bħala l-Ħallieq u l-Missier Tagħkom u Mimli Mħabba, li kieku ma Nikkomunikax magħkom matul dawn l-Aħħar taż-Żminijiet, kif tafuhom fid-dinja u kif inhuma bħalissa. Lil dawk li forsi qed jibżgħu mill-Kliem l-Aktar Qaddis Tiegħi, Ħalluni Nfarraġkom billi Ngħidilkom, li dan ma jfissirx l-aħħar tad-dinja, għax ma jfissirx hekk. Dan huwa sempliċement it-tmiem tar-renju tax-Xitan fid-dinja, li għandu jkun milqugħ tajjeb minkom, uliedi.

Iż-żmien qiegħed joqrob sabiex Ibni Jieħu t-Tron Leġittimu Tiegħu meta Jerġa’ Jiġi għat-Tieni Darba, sabiex Isaltan fuq il-Ġenna tal-Art il-Ġdida u Perfetta fid-dinja. Qalbi tkun trid Tinfaqa’ bil-Ferħ meta Ngħidilkom uliedi, dwar id-Dinja l-Ġdida, li Jiena Ħejjejt għalikom. Uliedi sejrin jgħixu għal elf sena fil-Ġenna tal-Art li Jiena Ħloqt għal Adam u Eva. Se jkun hemm paċi, mħabba, armonija u ma jkun jonqoskom xejn. In-nies se jiżżewġu u jkollhom it-tfal, u l-fjuri, x-xmajjar, l-ibħra, l-muntanji u l-għadajjar kbar se jaqtgħulkom nifiskom. L-annimali se jgħixu ma’ wliedi f’armonija u intom se tkunu Mmexxija mill-Imħabba, taħt ir-Renju ta’ Ibni, Ġesù Kristu. Imbagħad, dak inhar biss, isseħħ ir-Rieda Mqaddsa Tiegħi kif fis-Sema hekkda fl-art.


Il-Maħbub Missierkom,
Alla l-Ħallieq tal-Bnedmin Kollha,
Alla l-Aktar Għoli