Il-Pajjiżi Ewropej Se Jċedu għad-Dittatorjat Mhux Aħjar Minn Dak ta’ Żmien Hitler.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tat-18 ta’ Frar, 2012, fl-4.00 pm.
Maħbuba binti l-għażiża, l-Intenzjoni Tiegħi hija li Nipproteġi, kemm jista’ jkun, ħafna mis-segwaċi tiegħi, hekk kif Id Missieri, dalwaqt sejra Tinżel biex Tikkastiga lill-umanità għall-ħażen kollu tagħha, u biex tipprevjeni aktar atroċitajiet terribbli, milli jkomplu jseħħu mill-midinbin, li jridu jeqirdu pajjiżi sħaħ. Intom ilkoll sejrin tkunu protetti, iżda r-responsabbiltà tagħkom hija lejn l-oħrajn. Araw issa, hekk kif il-pajjiżi Ewropej ma jkunux jifilħu jirreżistu aktar għad-dittatorjat, fejn dan mhux se jkun aħjar minn dak ta’ żmien Hitler. Il-pjanijiet mill-Grupp Dinji huma fis-seħħ, biex jieħu f’idejh kull pajjiż fl-Ewropa. Babilonja sejra tiġġarraf kif imħabbar. L-Ors u d-Dragun l-Aħmar se jmorru għall-gwerra kif kien imbassar. Ruma se ssir is-sedja ta’ din il-ħakma u dominazzjoni qerrieda. L-Italja sejra titfarrak.
Il-Greċja se tkun il-katalist, li tipprovdi l-iskuża sabiex teqred lil Babilonja. Kollox issa se jiġi żvelat lid-dinja. It-talb jista’ jtaffi t-turmenti tal-imsieken uliedi, li se jkunu sfurzati jittalbu għall-ikel li jdaħħlu f’ħalqhom. Huma sejrin jiġu trattati daqs li kieku kiena tfal żagħar, iżda se jgħaddu jimxu minn fuqhom, hekk kif isiru lsiera tal-Grupp Globali, li se jaħdem flimkien mal-mexxejja Ewropej. Dawn huma tradituri, kollha kemm huma, mhux biss mas-sudditi tagħhom, iżda anke lejn Alla, l-Missieri li Jista’ Kollox. Dan il-Grupp jobgħod Isem Missieri, u pprojbixxa l-qima Lejh f’pajjiżhom stess. Għal dan se jsofru. Huma se jiġu kkastigati u mxekkla milli jwettqu l-missjoni qerrieda tagħhom.
Ir-Rabja ta’ Missieri l-Għażiż issa laħqet livelli bla preċedent, hekk kif il-qawmien ta’ dan il-kbir Dragun l-Aħmar huwa imminenti. Jaħasra kemm qerda uliedi, tant xewqa għall-poter u l-kontroll, u kemm mibegħda Għalija, is-Salvatur Divin tagħhom. L-erba’ Messaġġiera tax-Xitan (Satana) issa niżlu u qed jaħdmu f’dawn il-gruppi. Dawk il-mexxejja qerrieda u qawwija qegħdin jiġu kkontrollati mill-Antikrist, li issa huwa attiv ħafna. L-Antikrist qiegħed imexxi organizzazzjoni kbira ħafna. Tant huma makakki, li ftit nies jinsabu jindunaw b’dak li qed jagħmlu verament. Uliedi, dawn se jippruvaw jieħdu kollox f’idejhom u l-pjanijiet kollha tagħhom se jidhru li qed jirnexxu. Imma dak ikun il-mument meta Missieri Jintervjeni. Gwaj għal dawk li se jiffaċċjaw ir-Rabja ta’ Missieri. Lanqas biss se jingħataw iċ-ċans li jitriegħdu Quddiemu, jekk ma jindmux immedjatament. Ftit ħafna minnkom uliedi qed tingħataw il-Verità, għax ħafna minn dawn in-nies jikkontrollaw saħansitra l-aħbarijiet li intom temmnu li huma l-verità.
Intom m’għandkom l-ebda mezz ieħor kif tkunu tafu x’qed jiġri fid-dinja. Għax dawk li intom tikkonsidrawhom bħala organizzazzjonijiet responsabbli, li suppost jimpurtahom mill-pajjiżi, fil-fatt huma l-istess gruppi mmexxija mill-Antikrist. Il-pajjiżi li inthom minn għalikom ħżiena, qed jiġu vittmizzati u użati bħala rahan, sabiex jidhru ħżiena għad-dinja ta’ barra. Intom m’għandkomx dejjem temmnu dak li jiġi ppreżentat lilkom f’isem il-ġustizzja. Qisu li titolbu bil-ħerqa għal ħutkom kollha li se jiġu ikkalpestati minn dawn in-nies. Itolbu li t-Twissija l-Kbira tittardja l-azzjoni tagħhom u itolbu sabiex jiddgħajjef l-impatt tal-pjan li qed jiġi orkestrat sabiex jabolixxi d-drittijiet tagħkom għall-fluskom, l-ikel tagħkom u d-dritt tagħkom li tipprattikaw il-Kristjaneżmu u r-reliġjonijiet l-oħra, li jonoraw lil Missieri.
Il-Maħbub tagħkom Ġesù Kristu,
Is-Salvatur tal-Umanità