Ma Jkunx Hemm Aktar Mewt. L-Ebda Marda. L-Ebda Dnub fil-Ġenna tal-Art il-Ġdida.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tal-24 ta’ Frar, 2012, fit-3.30 pm.
Maħbuba binti l-għażiża, inti m’għandek qatt tinsa, li minkejja t-Twissijiet Ħorox Tiegħi lill-umanità, Jiena Għandi Mħabba Speċjali Ħafna f’Qalbi, għal uliedi kollha. Huwa neċessarju li Jiena issa Nippurifika l-art, għaliex kieku kelli Nerġa’ Lura issa, din ma tkunx addattata Għalija sabiex Jiena Nimxi fuqha. Imbagħad, meta l-umanità tkun ġiet ippurifikata, jibqgħu biss dawk li għandhom imħabba Għalija u għal Missieri l-Etern. Il-Ġenerazzjoni Magħżula Tiegħi sejra tibqa’ Miegħi għall-eternità. Din il-Ġenna tal-Art sejra toffri elf sena ta’ paċi, imħabba u armonija. Wara dan il-perjodu, se jseħħ it-tieni qawmien mill-imwiet. Imbagħad hemm biss, tista’ tiġi offruta l-ħajja ta’ dejjem lill-erwieħ kollha (nies ħajjin) bid-Dawl ta’ Alla jiddi fihom. Għaliex qegħda toqgħod taħsibha fuq dan binti, ma tafx inti li dawn il-profeziji ġew kollha mħabbra?
Ħalli ma jkun hemm ħadd li jifhem ħażin. Intom, ulied ta’ din il-ġenerazzjoni, intom sejrin tingħataw ir-rigal li tgħixu fil-Ġenna tal-Art fid-dinja, li saħansitra hija aktar sabiħa minn dik imħejjija għal Adam u Eva. L-età tas-snin tagħkom, se tkun ineżistenti, hekk kif il-bniedem se jgħix fil-paċi mal-familji tiegħu ta’ ġenerazzjonijiet sħaħ. Ħafna imħabba u tgawdija sejrin ikunu l-ġrajja ta’ kuljum. Intom fl-aħħar, sejrin tingħataw il-paċi vera u dejjiema f’erwieħkom. Intom forsi tistaqsu: Imma kif sejjer ikun possibbli dan kollu? Mela kunu afu, li din hija d-dinja li kienet ġiet Ippjanata minn Missieri, fejn ir-Rieda Divina Tiegħu, issa fl-aħħar sejra titwettaq, kif fis-Sema hekkda fl-art. Mela ifirħu intom ilkoll. Il-Ġenna tal-Art il-Ġdida għandha tintlaqa’ b’eċċitament u antiċipazzjoni minnkom. Le, mhux se jkun hemm aktar mewt. L-ebda marda. L-ebda dnub. Intom sejrin tingħataw ir-rigal tal-hena eterna. Issa qisu intom li titolbu għal dawk, li minħabba d-dnub u d-diżubbidjenza tagħhom, sejrin jitilfu kwalunkwe dritt għal dan il-wirt leġittimu tagħhom, li kien Ippjanat minn Missieri Etern sa mill-bidu taż-żmien.
Il-Maħbub Ġesù tagħkom