Ingħaqdu Flimkien Ħalli Nidħlu mill-Bibien tal-Ġenna tal-Art il-Ġdida.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tal-1 ta’ Marzu, 2012, fis-7.55 pm.
Maħbuba binti l-għażiża, bosta minn uliedi sejrin jiġu salvati, minħabba t-talb u t-tbatija tas-segwaċi għeżież tiegħi, fejn l-imħabba tagħhom Għalija, tisboq l-imħabba kif magħrufa minn ħafna mill-umanità. F’dan il-perjodu ta’ intensità, Jien Nibqa’ Niddependi fuq is-segwaċi tiegħi sabiex tgħinuni Nsalva l-erwieħ (nies ħajjin). Bosta minn dawn l-erwieħ, mhux se jibqgħu ħajjin waqt l-Att tal-Ħniena Divina Tiegħi, u għalhekk se jmutu fid-dnub il-mejjet tagħhom. Fl-istess ħin, tant minnkom weġibtu għas-Sejħa Tiegħi, b’ubbidjenza u ġenerożità tal-qalb. Intom Lili iġġibuli Faraġ kbir. Jien Inberikkom għeżież segwaċi tiegħi, u Nitlobkom sabiex tkomplu titolbu għall-erwieħ tal-oħrajn. L-umanità kollha, dalwaqt sejra tingħata r-Rigal tal-Ħniena Tiegħi. Ħadd mhu se jonqos milli jifhem il-Verità tal-Eżistenza Tiegħi. Madankollu, xorta mhux kulħadd se jkun irid iħaddanni miegħu jew maghħa, anke meta l-Verità tiġi żvelata lilhom. Dawn huma propja l-erwieħ li Jiena Mxennaq għalihom. Dawn huma l-erwieħ mitlufa, li għalihom Ommi l-Għażiża Xxerred id-Dmugħ Tagħha. Dawn huma l-midinbin li intom jeħtieġ tgħinuni Nsalva, għaliex Jien Irrid Insalva lil-ulied kollha ta’ Alla. Itolbu u ingħaqdu flimkien, sabiex tgħinuni Niġbed Lejja kull ruħ, hekk kif nidħlu mill-bibien tal-Ġenna tal-Art il-Ġdida.
It-Talba tal-Kruċjata (35). It-Talba biex l-Erwieħ Jidħlu l-Ġenna:
O Ġesù tiegħi, għinni biex ngħinek Issalva l-fdal li baqa’ minn uliedek fid-dinja. Bi Ħnientek, Salva l-erwieħ mill-ispirtu tad-dlamijiet. Aċċetta l-isfidi, it-tbatijiet u n-niket tiegħi f’ħajti, biex teħles l-erwieħ minn nirien tal-Infern. Imlieni bil-Grazzji, biex noffrilek tbatijieti b’imħabba u b’ferħ f’qalbi, sabiex ningħaqdu lkoll ħaġa waħda fl-imħabba, għal Imqaddsa Trinità, u ngħixu miegħek, bħala familja waħda u qaddisa, fil-Ġenna. Ammen.
Uliedi, intom tafu kemm Inħobbkom. Intom li tafuni tifhmu l-kobor tal-Uġigħ u t-Tbatija Tiegħi, minħabba n-numru ta’ nies li jiċħdu l-Id tal-Ħniena Tiegħi. Intom biss, permezz tat-talb tagħkom, tistgħu tgħinu lil dawn l-erwieħ, u b’hekk Iġġibuli l-Faraġ li tant Nixtieq. Araw li issa tibqgħu Qrib Tiegħi. Iż-żmien mhux se jtawwal. Kunu paċenzjużi u itolbu. Issa strieħu u ħossu l-Imħabba Tiegħi. Kollox sejjer ikun sew għalikom.
Il-Maħbub Ġesù Kristu tagħkom