Il-Ktieb tal-Verità Qiegħed Jiġi Żvelat Lilek, is-Seba’ Messaġġiera tal-Aħħar taż-Żmien

It-Tnejn, 5 ta’ Marzu 2012 at 15:30

Il-Ktieb tal-Verità Qiegħed Jiġi Żvelat Lilek, is-Seba’ Messaġġiera tal-Aħħar taż-Żmien.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tal-5 ta’ Marzu, 2012, fit-3.30 pm.


Maħbuba binti l-għażiża, illum Jiena Ġejt sabiex Infarrġek f’dan iż-żmien ta’ Turment, li lilek qiegħed jaħkmek minn kullimkien. Kun af, li Ġwanni l-Evanġelista, kien Ingħata l-Ktieb Mhux Issiġillat, jiġfieri l-Ktieb tal-Verità, sabiex id-dinja tisma’ f’dawn iż-żminijiet tal-lum. Dan il-Ktieb ingħatalu mingħajr siġilli, għaliex is-siġilli kienu diġà inkisru. Imbagħad kienu reġgġu ġew magħluqa, u ma kellhomx jiġu żvelati qabel l-aħħar taż-żmien. Issa wasal iż-żmien għalik, sabiex inti tiftaħ il-Ktieb tal-Verità, u tiżvela l-kontenut tiegħu, ħalli ulied Alla kollha, jħejju ruħhom għall-Ħajja ta’ Dejjem. Il-Ktieb tal-Verità qiegħed jiġi żvelat lilek, is-Seba’ Messaġġiera tal-Aħħar taż-Żmien. Bl-istess leħnek tiegħek, il-Verità fl-aħħar sejra tiġi żvelata, u l-misteri li jinsabu fil-Ktieb tal-Apokalissi, jiġu ppreżentati lil dinja, li ma temminx Fija. Imma dan mhux għal żmien twil. Minkejja l-apostasija, li mhux se taffettwa biss lil dawk in-nies li jemmnu Fija, iżda wkoll lil Qaddejja Sagri fil-Knisja Tiegħi (is-Saċerdoti). Iż-żmien tal-Istqarrija l-Kbira huwa fil-qrib. Ladarba din isseħħ, ikun hemm konverżjoni kbira, u se tkun mad-dinja kollha. Imbagħad in-nies, ikunu mxennqa għall-Verità, li tinsab fil-Ktieb Mhux Issiġillat, kif imwiegħed lid-dinja għal dawn iż-żminijiet tal-aħħar. Inti l-Messaġġiera li Ngħatajt dan il-Kompitu, mhux biss sabiex tħejji lid-dinja għas-salvazzjoni tal-erwieħ, iżda ukoll, sabiex tħabbar il-Miġja tar-Renju Tiegħi.


Il-Maħbub Ġesù tiegħek