It-Tieni Miġja Tiegħi La Tista’ Tiġi Evitata u Lanqas Titwaqqaf.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tas-7 ta’ Marzu, 2012, fit-8.30 pm.
Maħbuba binti l-għażiża, Jiena qiegħed Nipproteġik, bil-Grazzji Speċjali meħtieġa, sabiex Nagħtik il-Qawwa, ħalli tittratta mal-Forzi tal-Ħażen, li jinsabu għaddejjin bħalissa, sabiex iwaqqfu din il-Missjoni Qaddisa. Huwa essenzjali li inti tifhem, li l-opinjoni umana mhix importanti. Kulma jimporta hija, l-Kelma l-Aktar Qaddisa Tiegħi. Il-Kelma Tiegħi hija l-Verità. Jiena Hu l-Verità. Kull min jgħidlek li dawn il-Messaġġi, mhumiex skont it-Tagħlim Tiegħi, huwa giddieb. Dawn in-nies, Lili ma jafunix. Forsi jistgħu jaħsbu li jafuni, imma huma Lili, jkunu jafuni biss, jekk jibqgħu umli f’qalbhom. Dawk li l-opinjoni tagħhom tikkontradixxi l-Kelma Tiegħi, huma ħatja tad-dnub tal-kburija. Issa l-kburija, tgħami anke lill-Qaddejja Sagri Tiegħi (is-Saċerdoti), għall-Verità tal-Kelma Mqaddsa Tiegħi. Il-Wegħdiet Tiegħi lill-umanità, li Jiena sejjer Nerġa’ Niġi fil-Glorja, sabiex Niġġudika l-ħajjin u l-mejtin, iridu jseħħu. Din it-Tieni Miġja Tiegħi, la tista’ tiġi evitata u lanqas titwaqqaf minn ħadd. It-Twissijiet Tiegħi lill-umanità, Mogħtija lilhom għaliex Jiena Nħobb lil kull ruħ (persuna ħajja), huma importanti. Jien Irrid Nipprepara lil ulied Alla kollha b’mod adegwat, għal dan l-Avveniment l-Aktar Glorjuż.
Ħafna nies sejrin jippruvaw jimblukkaw dawn il-Messaġġi. Ħafna se jippruvaw idgħajfu l-Kelma Mqaddsa Tiegħi, u ħafna oħrajn, sejrin jippruvaw jagħmlulek il-ħsara, sabiex ma jħallux il-Kelma Mqaddsa Tiegħi tinstema’. Dawn it-tentattivi, kollha se jkunu għalxejn. Għaliex Jiena biss, Ġesù Kristu, Għandi l-Qawwa li Nipprovdi Salvazzjoni Eterna lill-umanità kollha. Jiena biss, Għandi l-Qawwa li Nipprepara l-erwieħ tal-umanità kollha, għall-wirt tagħhom fil-Ġenna tal-Art. Ħadd, lanqas ix-Xitan (Satana), is-Sultan tad-Dlamijiet, jew il-qaddejja tiegħu, ma qatt jistgħu jwaqqfu dan milli jiġri. Intom qisu li dejjem tiftakru dan: Jiena Nipproteġi lil dawk kollha li jobdu l-Kelma Mqaddsa Tiegħi. Tistghu tkun imbeżża’ mill-avvenimenti globali, hekk kif il-Forzi tad-Dlam jgħattu pajjiżi sħaħ. Iva, dawn l-avvenimenti sejrin jinkwetawkom, imma araw li qatt m’għandkom tibżgħu, għaliex lilkom, Jiena sejjer Inġibkom Miegħi fis-Saltna l-Ġdida Tiegħi fid-dinja. Kull ma qiegħed Nitlob minghandkom hu biss, li Tafdaw Fija. Ħalluni Niggwidakom. Ħalluni Nurikom it-Triq, sabiex intom tippurifikaw ruħkom, permezz tat-Talb tal-Kruċjata, li Jiena qiegħed Nagħtikom. Imbagħad araw li tħallu kollox f’Idejja. Ftakru li l-Imħabba Tiegħi għalkom ilkoll, hija tant Qawwija, li l-ebda bniedem ma jista’ qatt idgħajjef din l-Imħabba Safja u mimlija Kompassjoni li Jiena Għandi għal kull wieħed u waħda minn ulied Alla, fil-Qalb Imqaddsa Tiegħi.
Il-Maħbub Ġesù tagħkom,
Ir-Redentur tal-Umanità