Jiena Sejjer Niġi fis-Sħab Imdawwar mill-Anġli u l-Qaddisin Kollha tas-Sema.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tat-18 ta’ Marzu, 2012, fl-4 pm.
Maħbuba binti l-għażiża, uliedi għandhom ikunu jafu, li r-raġuni għaliex id-dinja hija vojta spiritwalment, hi minħabba li m’għadhomx jafu aktar x’hini d-differenza bejn it-tajjeb u l-ħażin. Li kieku ma kienx għad-Dawl Tiegħi, li jimla kull persuna, inklużi dawk li qegħdin jgħixu fid-dnub il-mejjet, kieku d-dinja ma tibqax teżisti. Huwa d-Dawl Tiegħi li qiegħed iżomm lid-dinja ħajja. Ħafna mis-segwaċi tiegħi, li jikkonsagraw lilhom infushom sabiex isofru f’Għaqda Miegħi, huma wkoll jgħinu sabiex iżommu dan id-Dawl ħaj. Issa eżatt qabel ma Jiena Nerġa’ Lura fid-dinja, id-Dawl Tiegħi sejjer jisparixxi mid-dinja, għal perjodu ta’ tlett ijiem. Dan l-avveniment sejjer jiġri fl-aħħar nett u m’għandux jiġi konfuż mat-Twissija l-Kbira. Għalhekk, se jkun matul dawn it-tlett ijiem, li se jkun hemm biki u tgħażżiż tas-snien, fejn in-nies sejrin ifittxu d-Dawl Tiegħi, anke jekk ikunu ċaħduni. Dan se jkun iż-żmien tal-Verità.
Is-segwaċi tiegħi m’għandhomx għalfejn jibżgħu minn dawn it-tlett ijiem, għaliex, filwaqt li intom forsi ma tkunux konxji tal-Preżenza Tiegħi, Jiena xorta sejjer Inkun magħkom. Imbagħad, wara dawn it-tlett ijiem, Jiena Nerġa’ Lura lejn l-art, u eżattament bl-istess mod li bih kont Tlajt fis-Sema. Jiena sejjer Niġi fis-sħab imdawwar mill-Anġli u l-Qaddisin kollha fis-Sema, u fi Glorja kbira. Tassew, kemm se jkun sabiħ u ferrieħi dak il-jum meta Jiena Niġi sabiex Insaltan fuq l-art skont ir-Rieda ta’ Missieri. Dak inhar, ħadd mhu se jkollu dubju li Nkun Jien. Lanqas mhu se jkollhom dubji dwar il-futur tagħhom. Dan se jkun il-jum li Jiena Niġi sabiex Niġġudika. Jiena sejjer Naqsam il-poplu tiegħi bejn dawk li jħobbuni u dawk li jobogħduni. Dawk li ċaħduni u taw ġieħ lill-ħażen kollu li jeżisti, sejrin jitkeċċew fin-nar etern tal-Infern. Il-bqija sejrin jiġu jgħixu Miegħi fil-Ġenna, flimkien man-nies ġusti mqajmin mill-mewt. Dan huwa l-għan li kull ruħ trid tistenna bil-ħerqa, meta Meta Jien Nerġa’ Niġi kif Wegħedtkom.
Lill-Insara Ngħidilkom dan: Kunu afu li dan l-Avveniment Kbir u Glorjuż sejjer iseħħ dalwaqt. Il-ġenerazzjoni tagħkom se tkun xhieda ta’ dan ir-Ritorn Glorjuż Tiegħi. Jiena qatt mhu sejjer Niżvela l-jum, għaliex Missieri biss Jaf dan, imma Nista’ Nassigurakom, li ż-żmien għat-Tieni Miġja Tiegħi huwa fil-qrib. Lill-Qaddejja Sagri Tiegħi (is-Saċerdoti) Jiena Ngħidilkom, li huwa d-dmir tagħkom li tippreparaw lill-Poplu Tiegħi, dawk l-erwieħ (nies ħajjin) li għalihom intom responsabbli, sabiex isimhom tkunu mniżżla fil-Ktieb tal-Hajjin. Jiena qiegħed Nitlobkom sabiex taħdmu bis-sħiħ permezz tal-qawwa tal-komunikazzjoni u tat-talb, sabiex tippreparaw lid-dinja għat-Tieni Miġja Tiegħi.
Is-Salvatur Maħbub tagħkom Ġesù Kristu,
Ir-Redentur tal-Umanità kollha