Iż-żmien tal-Qasma l-Kbira fil-Knisja Kważi Wasal u Tridu Tippreparaw Ruħkom Minn Issa.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tal-20 ta’ Marzu, 2012, fid-9.20 pm.
Maħbuba binti l-għażiża, bħalissa nixtieq Ngħannaq f’Dirgħajja, lid-dixxipli u s-segwaċi kollha tiegħi u kull fejn jinsabu. Jiena Għandi Bżonn il-faraġ tagħkom, uliedi. Għandi Bżonn il-konsolazzjoni tagħkom fit-Tbatija Tiegħi, hekk kif Ninsab Nibki d-Dmugħ għall-Knisja Tiegħi fid-dinja. Tant tbiegħdu, xi wħud mill-Qaddejja Sagri Tiegħi (is-Sċerdoti), li ħafna ma jemmnux fit-Tieni Miġja Tiegħi. Dawk il-Qassisin, l-Isqfijiet u l-Kardinali li jemmnu, issa qegħdin jiġu mwarrba u mġiegħla jagħlqu ħalqhom. Kemm Nibki Jiena għal dawn id-dixxipli msieken u prezzjużi tiegħi, li wegħdu ħajjithom Lili, u ddedikaw ħajjithom għat-tixrid tat-Tagħlim Tiegħi, lill-bnedmin kollha. Issa dalwaqt se jkollhom joqogħdu attenti kif jitkellmu, dwar il-Kelma Mqaddsa Tiegħi, għaliex sejrin ikunu mġiegħla jxandru t-tagħlim ta’ wieħed giddieb, li ruħu mhix ġejja mid-Dawl.
Ingħaqdu issa uliedi, intom il-Qassisin għeżież tiegħi, u dawk kollha li jħobbuni, u jgħinuni Nsalva l-erwieħ (nies ħajjin). Issa, sabiex intom tagħmlu dan, ma tistgħux taħlu, lanqas mument wieħed biss. Tridu tgħidu lil oħrajn dwar il-Glorja Kbira, li dalwaqt tasal, għal kull wieħed u waħda minnkom, fit-Tieni Miġja Tiegħi. Dan l-Avveniment Kbir u Glorjuż, sejjer ikun il-mument, meta fl-aħħar intom tingħaqdu Miegħi, Jiena, Ġesù l-Prezzjuż tagħkom, li tant Inħobbkom ilkoll. Intom, is-segwaċi għeżież tiegħi, tridu tibqgħu attenti l-ħin kollu. Għaliex sejrin tkunu ttantati sabiex tabbandunawni, sabiex tiċħdu t-Tagħlim Veru Tiegħi, u mbagħad, tkunu mġiegħla tonoraw u tobdu lill-Lupu liebes ta’ nagħġa. Tant erwieħ imsieken, mhux biss se jaqgħu taħt dan is-seħer tal-Papa Falz, il-Profeta Falz imħabbar tant żmien ilu, iżda hu sejjer iġegħelkom temmnu li saħansitra għandu xi Setgħat Divini.
Uliedi, ż-żmien tal-qasma l-kbira fil-Knisja kważi wasal, u intom tridu tippreparaw ruħkom minn issa. Ingħaqdu flimkien bħala ħaġa waħda. Żommu lil xulxin. Ipproteġu lil xulxin, u arw li titolbu għal dawk li sejrin isegwu t-triq żbaljata, u jagħtu ġieħ lill-Profeta Falz. Hemm bżonn ta’ ħafna talb, imma jekk tagħmlu kif Jiena qiegħed Ngħidilkom, tistgħu ssalvaw l-erwieħ. Intom, is-segwaċi prezzjużi tiegħi, sejrin tifformaw il-Fdal tal-Knisja Tiegħi fid-dinja, u sejrin tkunu mmexxija minn dawk il-Qaddejja Sagri kuraġġużi, li se jagħrfu min verament hu l-Profeta Falz. Issa intom araw li ma tibżgħux, għaliex Jiena qiegħed Nagħtikom il-Grazzji tal-Għerf, Kalma u Dixxerniment, lil kull wieħed u waħda minnkom, jekk titolbuni nagħmel hekk b’din it-Talba tal-Kruċjata.
It-Talba Ċkejkna tal-Kruċjata (20) Għall-Grazzji tal-Għerf, il-Kalma u d-Dixxerniment:
O Ġesù, għinni nilmaħ il-Verità ta’ Kelmtek Imqaddsa f’kull ħin u li nibqa’ leali lejn it-Tagħlim tiegħek, inkun kemm inkun imġiegħel biex nirrifjutak. Ammen.
Qumu fuq tagħkom issa, u kunu kuraġġużi, intom ilkoll, għax Jiena qatt mhu sejjer Nabbandunakom. Jiena Nimxi magħkom f’din it-triq kollha xewk, u Nwassalkom bla periklu, sal-Bieb tal-Ġenna tal-Art il-Ġdida. Kulma għandkom tagħmlu hu li tafdaw Fija kompletament.
Il-Maħbub Salvatur tagħkom
Ġesù Kristu