Iż-żmien tax-Xiżma fil-Knisja Kważi Wasal u Tridu Tippreparaw Ruħkom Minn Issa.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tal-20 ta’ Marzu, 2012, fid-9.20 pm.
Maħbuba binti l-għażiża, bħalissa nixtieq ngħannaq f’Dirgħajja, lid-dixxipli u s-segwaċi kollha tiegħi u kullimkien.
Għandi bżonn il-faraġ tagħkom, uliedi.
Għandi bżonn il-konsolazzjoni tagħkom fit-Tbatija tiegħi, hekk kif qed nibki d-Dmugħ għall-Knisja tiegħi fid-dinja.
Tant tbiegħdu xi wħud mill-Qaddejja Sagri (is-Sċerdoti) tiegħi, li ħafna ma jemmnux fit-Tieni Miġja tiegħi.
Dawk il-Qassisin, l-Isqfijiet u l-Kardinali li jemmnu, qed jiġu mwarrba u mġiegħla jibqgħu siekta.
Kemm nibki għal dawn id-dixxipli msieken u prezzjużi tiegħi, li wiegħdu ħajjithom lili, u għat-tixrid tat-Tagħlim tiegħi, lill-bnedmin kollha.
Dalwaqt se jkollhom joqogħdu attenti xi jgħidu dwar il-Kelma Mqaddsa tiegħi, għax se jkunu mġiegħla jxandru t-tagħlim tal-Giddieb, li ruħu mhix ġejja mid-Dawl.
Ingħaqdu issa uliedi, il-Qassisin għeżież tiegħi, u dawk kollha li jħobbuni, u għinuni nsalva l-erwieħ (nies ħajjin).
Biex tagħmlu dan, ma tistgħux taħlu mument wieħed biss. Tridu tgħidu lil ħaddieħor dwar il-Glorja Kbira, li dalwaqt tasal, kull wieħed u waħda minnkom, fit-Tieni Miġja tiegħi.
Din l-Avveniment Kbir u Glorjuż (tar-rebħa) se jkun il-mument meta fl-aħħar tingħaqdu miegħi, Ġesù il-Prezzjuż tagħkom, li tant iħobbkom ilkoll.
Intom, is-segwaċi għeżież tiegħi, tridu tibqgħu attenti l-ħin kollu.
Se tkunu ttantati biex tabbandunawni, biex tiċħdu t-Tagħlim Veru tiegħi u tkunu mġiegħla tonoraw u tobdu lill-Lupu liebes ta’ nagħġa.
Tant erwieħ imsieken, mhux biss se jaqgħu taħt is-seħer tal-Papa Falz, il-Profeta Falz imbassar tant żmien ilu, iżda hu se jġegħelkom temmnu li għandu setgħat divini.
Uliedi, iż-żmien tax-xiżma (qasma) fil-Knisja kważi wasal, u tridu tippreparaw ruħkom minn issa.
Ingħaqdu flimkien bħala ħaġa waħda.
Żommu ma’ xulxin.
Ipproteġu lil xulxin u itolbu għal dawk li se jsegwu t-triq żbaljata u jagħtu ġieħ lill-Profeta Falz.
Hemm bżonn ta’ ħafna talb, imma jekk tagħmlu kif qed ngħidilkom, tistgħu ssalvaw l-erwieħ.
Intom, is-segwaċi prezzjużi tiegħi, se tifformaw il-Knisja tal-Fdal fid-dinja u se tkunu mmexxija minn dawk il-Qaddejja Sagri kuraġġużi, li se jagħrfu min verament hu l-Profeta Falz.
Tibżgħux, għax Jiena qed nagħti Grazzji ta’ għerf, kalma u dixxerniment, lil kull wieħed u waħda minnkom, jekk titolbuni nagħmel dan b’din it-talba.
It-Talba Ċkejkna tal-Kruċjata (20) Għall-Grazzji tal-Għerf, il-Kalma u d-Dixxerniment:
“O Ġesù, għinni nilmaħ il-Verità ta’ Kelmtek Imqaddsa f’kull ħin u li nibqa’ leali lejn it-Tagħlim tiegħek, inkun kemm inkun imġiegħel biex nirrifjutak.”
Qumu bilwieqfa issa u kunu kuraġġużi, intom ilkoll, għax Jiena qatt mhu se nabbandunakom.
Jiena nimxi magħkom fit-triq kollha xewk, u nwassalkom bla periklu sal-Bieb tal-Ġenna tal-Art il-Ġdida.
Kulma għandkom tagħmlu hu li tafdaw Fija kompletament.
Il-Maħbub Salvatur tagħkom
Ġesù Kristu