Jiena Hu il-Knisja. Il-Knisja Twaqqfet Minni u Qatt Ma Tista’ Tinqered.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tas-Sibt il-Għid, 7 ta’ April, 2012, fl-10 am.
Maħbuba binti l-għażiża, il-qasma kbira, li Jiena digà kellimtek dwarha, issa bdiet fil-Knisja Kattolika. It-Tagħlim tiegħi, li qatt ma nbidel, sa minn meta l-Iskrittura Mqaddsa Tiegħi intemmet bil-Ktieb tal-Apokalissi, issa qiegħed jiġi sfidat. Kien hemm numru ta’ sfidi, opinjonijiet u assessjar teoloġiċiku tal-Kelma Mqaddsa Tiegħi matul is-sekli. Ħafna rġiel bravi ddubitaw l-Istruzzjonijiet u t-Tagħlim li Jiena Tajt lill-umanità. Parti mit-Tagħlim Tiegħi ġie żarmat, analizzat, interpretat mill-ġdid, u mbagħad aċċettat. Madankollu, dan ma kienx meħtieġ, għaliex il-Verità Ngħatat lill-bniedem mill-Profeti li ġew qabli, li mbagħad Tkompliet Minni matul iż-Żmien Tiegħi fid-dinja.
Il-Verità qatt ma nbidlet. Il-Verità hija sempliċi. Xi informazzjoni oħra, li ma tinsabx fl-Iskrittura Mqaddsa, digà ngħatat, bħala Rigal lid-dinja, permezz ta’ erwieħ (niess ħajjin) magħżula, għal raġuni waħda biss: Sabiex Ngħinkom tikkontemplaw fuq is-Sagrifiċċju Tiegħi għall-umanità, u ħalli Nurikom u Nfakkarkom, fl-Imħabba li Jiena Għandi f’Qalbi, għall-ulied kollha ta’ Alla. Kwalunkwe Rivelazzjoni Divina mogħtija lid-dinja llum, hija sabiex tgħinkom tippreparaw għall-Ħajja Eterna. It-Tagħlim Tiegħi, onorat mill-Knisja Mqaddsa Kattolika u Appostolika, issa qiegħed jiġi attakkat f’dan l-ewwel minn ħafna sfidi, li se jirriżultaw fil-qasma tal-Knisja. Sejrin jiġu introdotti liġijiet ġodda sabiex jaqblu mal-opinjoni moderna, u sabiex ikunu komdi ma’ dawk li, b’kburija f’ruħhom, iħossu l-ħtieġa li jikkalmaw lill-umanità, aktar milli juru ubbidjenza għat-Tagħlim tal-Knisja.
Jiena Hu l-Knisja. Il-Knisja Twaqqfet Minni u qatt ma tista’ tinqered. Ħafna nies, inklużi dawk minn ġewwa, kif ukoll minn barra l-Knisja, se jippruvaw ifarrku l-istruttura tagħha. Itolbu li l-Vigarju Qaddis Tiegħi, il-Papa Benedittu XVI, jibqa’ b’saħħtu fost l-oppożizzjoni li jinsab jiffaċċja bħalissa. Dan huwa tentattiv intenzjonat minn dawk li għandhom x’jaqsmu mal-Profeta Falz, sabiex joħolqu knisja ġdida. Dawn in-nies makakki, se jġegħlukom temmnu li se tkun l-istess Knisja Tiegħi, iżda dan ma jistax ikun.
Kif tista’ l-Knisja Tiegħi, b’liġijiet ġodda, b’verżjonijiet mgħawġa tal-Verità, li Jiena Tajt lid-dinja, tirrappreżenta Lili? Le, ma tistax. Huwa għalhekk li Missieri sejjer Jidderieġi l-Knisja Tiegħu, jiġifieri lil dawk li huma leali u li jemmnu verament, mis-Smewwiet. Missieri se Jżomm iċ-Ċwievet sat-Tieni Miġja Tiegħi, meta Ġerusalemm il-Ġdida tirxoxta mill-irmied, il-Knisja Kattolika, Waħda u Vera, sabiex tittieħed lura mill-ulied kollha ta’ Alla, ir-reliġjonijiet kollha u t-twemmin kollu, bħala ħaġa waħda. Hekk kien maħsub, li tkun f’għaqda sħiħa u finali fl-Era l-Ġdida ta’ Paċi fid-dinja.
Il-Maħbub tagħkom Ġesù Kristu