Jiena l-Knisja. Il-Knisja Twaqqfet Minni u Qatt Ma Tista’ Tintemm

Is-Sibt, 7 ta’ April 2012 @ 22:00

Jiena l-Knisja. Il-Knisja Twaqqfet Minni u Qatt Ma Tista’ Tintemm.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina,  tas-7 ta’ April, 2012, fl-10.00 pm.


Maħbuba binti l-għażiża, ix-xiżma (qasma) li tkellimt dwarha, issa bdiet fil-Knisja Kattolika.

It-Tagħlim tiegħi, li qatt ma nbidel minn meta l-Iskrittura Mqaddsa tiegħi intemmet bil-Ktieb tal-Apokalissi, issa qed jiġi sfidat.

Kien hemm numru ta’ sfidi, opinjonijiet u assessjar teoloġiċiku tal-Kelma Mqaddsa tiegħi matul is-sekli.

Ħafna rġiel bravi ddubitaw l-Istruzzjonijiet u t-Tagħlim li Jien tajt lill-umanità.

Parti mit-Tagħlim tiegħi ġie żarmat, analizzat, interpretat mill-ġdid u mbagħad aċċettat.

Madankollu, dan ma kienx meħtieġ, għaliex il-Verità ngħatat lill-bniedem mill-Profeti li ġew qabli, li mbagħad tkompliet Minni matul iż-żmien tiegħi fid-dinja.

Il-Verità qatt ma nbidlet. Il-Verità hija sempliċi.

Informazzjoni oħra, li ma tinsabx fl-Iskrittura Mqaddsa digà ngħatat, bħala Rigal lid-dinja, permezz ta’ erwieħ (niess ħajjin) magħżula, għal raġuni waħda biss: Biex ngħinkom tikkontemplaw fuq is-Sagrifiċċju tiegħi għall-umanità u biex nurikom u nfakkarkom, fl-Imħabba li għandi f’Qalbi għall-ulied kollha ta’ Alla.

Kwalunkwe Rivelazzjoni Divina mogħtija lid-dinja llum, hija biex tgħinkom tippreparaw għall-Ħajja Eterna.

It-Tagħlim tiegħi, onorat mill-Knisja Mqaddsa Kattolika u Appostolika, issa qed jiġi attakkat f’dan l-ewwel minn ħafna sfidi, li se jirriżultaw fil-firda tal-Knisja.

Se jiġu introdotti liġijiet ġodda biex jaqblu mal-opinjoni moderna, u sabiex ikunu komdi ma’ dawk li, b’kburija f’ruħhom, iħossu l-ħtieġa li jikkalmaw lill-umanità, aktar milli juru ubbidjenza għat-Tagħlim tal-Knisja.

Jiena l-Knisja. Il-Knisja twaqqfet Minni u qatt ma tista’ tintemm.

Ħafna, inklużi dawk minn ġewwa, kif ukoll minn barra l-Knisja, se jippruvaw ifarrku l-istruttura tagħha.

Itolbu li l-Vigarju Qaddis tiegħi, il-Papa Benedittu XVI, jibqa’ b’saħħtu fost l-oppożizzjoni li qed jiffaċċja bħalissa.

Dan huwa tentattiv intenzjonat minn dawk li għandhom x’jaqsmu mal-Profeta Falz, biex joħolqu knisja ġdida.

Dawn in-nies makakki, se jġegħlukom temmnu li se tkun l-istess Knisja, iżda dan ma jistax ikun.

Kif tista’ l-Knisja tiegħi, b’liġijiet ġodda, b’verżjonijiet mgħawġa tal-Verità li tajt lid-dinja, tirrappreżenta Lili?

Ma tistax. Huwa għalhekk li Missieri se jidderieġi l-Knisja tiegħu, lil dawk li huma leali u li jemmnu verament, mis-Smewwiet.

Huwa se jżomm iċ-ċwievet sat-Tieni Miġja, meta Ġerusalemm il-Ġdida tirxoxta mill-irmied, il-Knisja Kattolika, Waħda u Vera, biex tittieħed lura mill-ulied kollha ta’ Alla, ir-reliġjonijiet kollha u t-twemmin kollu, bħala ħaġa waħda.

Hekk kien maħsub, li tkun f’għaqda sħiħa u finali fl-Era l-Ġdida ta’ Paċi fid-dinja.


Il-Maħbub tagħkom Ġesù Kristu


Id-Drittijiet tal-Awtur © Ġesù Lill-Umanità, 2021, 2026. Id-drittijiet kollha riżervati.
Logo JTM