Is-Sema u l-Art Sejrin Jingħaqdu Flimkien Ħaġa Waħda. Waħda Ma Tistax Teżisti Mingħajr l-Oħra.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tal-Għid il-Kbir, 8 ta’ April, 2012, fit-3.30 pm.
Maħbuba binti l-għażiża, iż-Żmien għar-Renju Tiegħi fid-dinja qiegħed joqrob, u baqa’ biss żmien qasir sabiex l-umanità tifhem il-Ħniena Tiegħi, u tindem minn dnubietha. Huwa importanti wkoll, li l-Knisja Tiegħi tħejji l-merħla tan-nagħaġ tagħha għall-Ħajja ta’ Dejjem, u tuża kull opportunità, sabiex tħeġġeġ ir-rikonċiljazzjoni Miegħi. Dan huwa z-żmien tas-sena importanti, u intom jeħtieġ li dduru Lejja, Jiena, Ġesù Tagħkom, u titolbuni għall-Grazzji, sabiex tiżguraw li intom, is-segwaċi tiegħi, ikollkom il-qawwa tal-konvinzjoni, ħalli xxerrdu l-Verità tat-Tieni Miġja Tiegħi. It-tbatija tal-umanità, u dik ta’ Missieri Etern u Tiegħi, Ibnu l-Għażiż, fl-aħħar waslet fi tmiemha. Ir-renju tax-Xitan (Satana) fid-dinja, se jispiċċa, u hekk Jiena Nieħu f’Idejja t-Tron Leġittimu Tiegħi. Issa, filwaqt li r-Renju Tiegħi fil-Knisja Tiegħi fisser, li l-Ispirtu Tiegħi kien Preżenti bi Grazzji kbar, li tqassmu lil dawk l-erwieħ (nies ħajjin) li jistħoqqilhom, madankollu, mhux se jkun qabel max-Xitan ikun marbut, li r-Rieda ta’ Missieri tista’ finalment Titwettaq.
L-ebda bniedem ma jifhem verament x’inhi l-Ħajja Eterna. L-ebda bniedem ma jifhem bis-sħiħ x’se jiġri fit-Tieni Miġja Tiegħi. L-ebda bniedem, minħabba l-limitazzjonijiet tal-moħħ uman, ma jista’ jkun jaf il-Pjanijiet Tiegħi, sabiex Niġma lit-Tnax-il Nazzjon Tiegħi fid-dinja. Ħafna nies jemmnu bi żbal, li t-Tieni Miġja Tiegħi hija l-aħħar tad-dinja. Iva, din il-Miġja tista’ tkun l-aħħar taż-żmienijiet kif tafuhom bħalissa, imma huwa biss il-bidu ta’ futur glorjuż, ippjanat minn Missieri Etern, għal uliedu kollha. Is-Sema u l-art sejrin jingħaqdu flimkien ħaġa waħda. Waħda ma tistax teżisti mingħajr l-oħra. In-nies twajba f’qalbhom, sejrin jgħixu fil-Ġenna tal-Art il-Ġdida Tiegħi, u se jkun hemm abbundanza kbira ta’ kollox. Tant sejjer ikun hemm stagħġib, li qatt ma jista’ jiġi spjegat f’termini umani. Kull ruħ li sejra tired dan id-dritt tagħha, li tkun parti mis-Saltna Tiegħi, sejra tħoss paċi u ferħ kbir. Qalbi tkun trid tinqasam uliedi bid-dispjaċir, meta Nara l-biża’ f’għajnejkom, meta Jiena Nirreferi għal-aħħar taż-żmien.
Minflok, qiegħed Nitlobkom sabiex Tafdaw fl-Imħabba Kbira Tiegħi għalikom ilkoll, u wkoll sabiex tkunu tafu, li l-Wegħda Tiegħi hija li intom ċertament sejrin tkunu d-Dar Miegħi, u li n-niket tagħkom se jispiċċa darba għall-dejjem. Din il-Ġenna tal-Art il-Ġdida, li Jiena qiegħed Inwiegħedkom, sejra tiġi żvelata lill-umanità dalwaqt ħafna. Għalhekk, araw li ma titilfux mument wieħed minħabba l-biża’. Iva Ifirħu. Ħarsu ’l quddiem lejn il-futur tagħkom. Afdaw Fija kompletament, għaliex Jien Inħobbkom wisq sabiex qatt Nista’ Niddiżappuntakom. Mela itolbu, li wliedi kollha jkunu umli f’qalbhom, sabiex jaċċettaw iċ-Ċwievet tal-Ġenna tal-Art.
Ġesù tagħkom