Il-Verġni Marija: Iż-Żmien Tiegħi li Ngħaffeġ is-Serp Qed Joqrob.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbuba Ommna, Reġina tal-Art u Omm is-Salvazzjoni, lil Marija Ħniena Divina, tal-10 ta’ April, 2012, fit-8.45 pm.
Jiena l-Maħbuba Ommok, Reġina tad-Dinja. Jiena l-Immakulata Kunċizzjoni, il-Verġni Marija, Omm Ġesù, li ġie fil-Ġisem.
Binti, iż-żmien għat-Trijonf tal-Qalb Immakulata tiegħi qorob.
Il-mument li Jiena ngħaffeġ is-Serp qed joqrob, imma sakemm jasal dak il-jum, meta x-Xitan (Satana) u d-demonji tiegħu jintbagħtu fil-baħħ tad-deżert, ħafna konfużjoni se tinqala’ fid-dinja.
Għal dawk li jemmnu f’Ibni, se jkun żmien ta’ turment. Huma se jinġibdu f’żewġ direzzjonijiet differenti, mill-istess Knisja Kattolika.
Nofshom se jemmnu fid-dmir u l-ħtieġa li jsegwi l-Profeta Falz, il-papa li se jsegwi lill-Papa Benedittu XVI.
Hu, il-Bhima, jilbes bħal ħaruf, imma mhux ġej minn Missieri, Alla l-Aktar Għoli, u se jqarraq bl-imsieken erwieħ (nies ħajjin), inklużi l-Qassisin, l-Isqfijiet u l-Kardinali.
Ħafna se jsegwuh għaliex jemmnu li mibgħut minn Alla biex isaltan fuq il-Knisja tiegħu fid-dinja.
B’dispjaċir ngħid, li ħafna erwieħ se jsegwu t-tagħlim tiegħu, imma dan se jkun insult għal Missieri.
Oħrajn, mimlijin bl-Ispirtu s-Santu, u mogħtija l-Grazzji tad-dixxerniment, u minħabba r-ruħ umli tagħhom, se jindunaw mill-ewwel, li bilqiegħda fil-Knisja ta’ Ruma hemm Impostur.
Il-Papa Falz il-ġdid, diġà qed jippjana, anke qabel ma jitla’ fuq it-Tron tas-Sedja ta’ Pietru, sabiex jikkundanna t-Tagħlim ta’ Ibni. Imbagħad se jikkundanna lili, l-Omm Imqaddsa t’Alla u jwaqqa’ għaċ-ċajt ir-rwol tiegħi bħala Ko-Redentriċi.
Binti, ir-rwol tiegħek se jsir saħansitra aktar diffiċli minn qabel. Ħafna minn uliedi huma konfużi immensament. L-insulti li inti tiffaċċja ta’ kuljum, it-turmenti li tissaporti f’isem Ibni, se jiżdiedu.
Qatt tibża’ tgħid lid-dinja l-Verità, binti.
Inti qiegħda tissaħħaħ, bħala riżultat tat-tbatija fiżika u mentali li taċċetta f’isem Ibni, sabiex issalva l-erwieħ.
Kull sforz, speċjalment minn diviżjoni waħda fil-Knisja Kattolika, se jsir biex jiġu miċħuda l-Messaġġi tiegħi li tajtek.
L-ubbidjenza u l-lealtà tiegħek Lejja u lejn il-Maħbub Ibni, se jiġu ppruvati aktar minn qatt qabel. Dan jista’ jwasslek biex tersaq lura, imma jekk dan jiġri, mhux se jdum ħafna.
Itlob binti, għal ulied kollha ta’ Alla, li mingħajr ebda ħtija tagħhom, qed jinġibdu fil-battalja finali għall-erwieħ.
Dan kollu jrid iseħħ għax jinsab miktub fil-Ktieb ta’ Missieri.
L-Anġli kollha fis-Smewwiet jipproteġuk binti, f’din il-Missjoni kemmxejn solitarja.
Ftakru dejjem kemm hu importanti t-talb.
Itolbu, itolbu u itolbu, għax mingħajr it-talb, speċjalment tar-reċitazzjoni tar-Rużarju Mqaddes tiegħi, ix-Xitan jista’ jbiegħdkom mill-Kelma Mqaddsa ta’ Ibni l-għażiż.
Ftakru wkoll fl-importanza tas-sawm, għax dan iżomm lill-Qarrieqi ’il bogħod.
Mingħajr it-talb regolari, uliedi se jsibuha diffiċli biex jibqgħu qrib Ibni.
Qatt tibżgħu mill-futur uliedi, għax ladarba tibqgħu qrib Ibni, tkunu protetti u tingħataw il-Grazzji meħtieġa, biex tippreparaw lir-ruħkom u tal-familjari tagħkom, għall-Era Ġdida ta’ Paċi, mbassra tant żmien ilu.
Il-Maħbuba Ommkom
Reġina tal-Art
Omm is-Salvazzjoni