Il-Verġni Marija: Iż-Żmien Tiegħi li Ngħaffeġ is-Serpent Qiegħed Joqrob.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Verġni Marija, Omm Alla, Omm is-Salvazzjoni, lil Marija Ħniena Divina, tal-Ġimgħa tal-Għid, 13 ta’ April, 2012, fil-5.57 pm.
Jiena l-Maħbuba Ommok, ir-Reġina tad-Dinja. Jiena l-Immakulata Kunċizzjoni, il-Verġni Marija, Omm Ġesù, li Gie fil-Ġisem. Binti, ż-żmien għat-Trijonf tal-Qalb Immakulata Tiegħi qorob. Il-mument li Jiena Ngħaffeġ is-Serpent qiegħed joqrob, imma sakemm jasal dak il-jum, meta x-Xitan (Satana) u d-Demonji tiegħu jintbagħtu fil-baħħ tad-deżert, ħafna konfużjoni sejra tinqala’ fid-dinja. Għal dawk li jemmnu f’Ibni, dan se jkun żmien ta’ turment. Huma sejrin jinġibdu f’żewġ direzzjonijiet differenti, mill-istess Knisja Kattolika. Nofshom se jemmnu fid-dmir u l-ħtieġa li jsegwi l-Profeta Falz, il-Papa li se jiġi wara l-Papa Benedittu XVI. Hu, il-Bhima, jilbes bħal ħaruf, imma mhux ġej minn Missieri, Alla l-Aktar Għoli, u se jqarraq bl-imsieken erwieħ (nies ħajjin), inklużi l-Qassisin, l-Isqfijiet u l-Kardinali.
Ħafna nies se jsegwuh għaliex jemmnu bi żball, li hu mibgħut minn Alla, sabiex isaltan fuq il-Knisja Tiegħu fid-dinja. B’dispjaċir Ngħid, li ħafna erwieħ se jsegwu t-tagħlim tiegħu, imma dan se jkun insult għal Missieri. Oħrajn, mimlijin bl-Ispirtu s-Santu, u mogħtija l-Grazzji tad-Dixxerniment, u minħabba r-ruħ umli tagħhom, sejrin jindunaw mill-ewwel, li bilqiegħda fil-Knisja ta’ Ruma hemm Impostur. Il-Papa Falz il-ġdid, diġà jinsab jippjana, anke minn qabel ma jitla’ fuq it-Tron ta’ Pietru, sabiex jikkundanna t-Tagħlim ta’ Ibni. Imbagħad se jikkundanna anke Lili, l-Omm Imqaddsa t’Alla u jwaqqa’ għaċ-ċajt ir-Rwol Tiegħi bħala Ko-Redentriċi.
Binti, ir-rwol tiegħek issa sejjer isir saħansitra aktar diffiċli minn qabel. Ħafna minn uliedi huma konfużi immensament. L-insulti li inti tiffaċċja ta’ kuljum, u t-turmenti li inti qiegħda tissaporti f’Isem Ibni, sejrin jiżdiedu. Qis li qatt ma tibża’ tgħid lid-dinja l-Verità, binti. Inti qegħda tissaħħaħ, bħala riżultat tat-tbatija fiżika u mentali li taċċetta f’Isem Ibni, sabiex issalva l-erwieħ.
Kull sforz, speċjalment minn diviżjoni waħda fil-Knisja Kattolika, issa sejjer isir sabiex jiġu miċħuda l-Messaġġi Tiegħi li Jiena Tajtek. L-ubbidjenza u l-lealtà tiegħek Lejja, u lejn il-Maħbub Ibni, sejrin jiġu ppruvati aktar minn qatt qabel. Dan jista’ jwasslek sabiex inti tersaq lura, imma jekk dan jiġri, mhux se jdum ħafna. Ara li titlob binti, għal ulied kollha ta’ Alla, li mingħajr ebda ħtija tagħhom, qed jinġibdu fil-battalja finali għall-erwieħ. Dan kollu jrid iseħħ, għaliex jinsab miktub fil-Ktieb ta’ Missieri. L-Anġli kollha fis-Sema jinsabu jipproteġuk binti, f’din il-Missjoni kemmxejn solitarja.
Ftakru dejjem uliedi, kemm hu importanti t-talb. Itolbu, itolbu u itolbu, għaliex mingħajr it-talb, speċjalment tar-reċitazzjoni tar-Rużarju Mqaddes tiegħi, ix-Xitan jista’ jbiegħdkom mill-Kelma Mqaddsa ta’ Ibni l-Għażiż. Ftakru wkoll fl-importanza tas-sawm, għax dan iżomm lill-Qarrieqi ’il bogħod. Mingħajr it-talb regolari, uliedi sejrin isibuha diffiċli sabiex jibqgħu qrib Ibni. Qatt tibżgħu mill-futur uliedi, għax ladarba tibqgħu qrib Ibni, intom tkunu protetti u tingħataw il-Grazzji meħtieġa, sabiex tippreparaw lir-ruħkom u dawk tal-familjari tagħkom, għall-Era Ġdida ta’ Paċi, mbassra tant żmien ilu.
Il-Maħbuba Ommkom,
Reġina tal-Art,
Omm is-Salvazzjoni