Tant gideb, Fejn l-Eżistenza tal-Infern Hija Miċħuda, Se Jkun il-Waqgħa tal-Insara

Is-Sibt, 14 ta’ April 2012 @ 15:27

Tant gideb, Fejn l-Eżistenza tal-Infern Hija Miċħuda, Se Jkun il-Waqgħa tal-Insara.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, Redentur tal-Umanità lil Marija Ħniena Divina, tal-14 ta’ April, 2012, fit-3.27 pm.


Maħbuba binti l-għażiża, irrispettivament minn kemm hi diffiċli t-tbatija fiżika tiegħek, trid tirrikonoxxi, li hekk kif din tkompli tintensifika, dan huwa kif qed inħossni Jien. It-tbatija tiegħek tirrifletti biss tikka mit-Tbatija tiegħi. Meta magħquda miegħi, inti tkun taf, li għal kull uġigħ u dlam interjuri tar-ruħ li inti tesperjenza, dan ikun iparti mit-turment li Jiena nissaporti minħabba d-dnubiet tal-bnedmin kollha.

Ħafna nies, bi żball jemmnu, li t-Tbatija tiegħi bdiet u spiċċat fuq is-Salib. It-Tbatija tiegħi mhux se tintemm, sakemm ulied Alla kollha jkunu magħqudin fl-imħabba u fl-armonija, fejn l-ebda dnub ma jeżisti, fil-Ġenna tal-Art il-Ġdida ta’ Missieri.

Irrispettivament minn kemm ixxandar lil-umanità dwar l-Eżistenza tiegħi, xorta waħda għadhom jobogħduni.

Fost dawk li jemmnu, għalkemm Jiena ġejt aċċettat, it-Tagħlim tiegħi huwa biss tollerat, imma dan skond it-termini tagħhom stess. Ħafna jittrattaw lil ħaddieħor bl-imħabba u t-tjubija, iżda dan biss, jekk l-oħrajn li lilhom joffru dan ir-rigal, jaqblu mal-ideoloġiji tagħhom. Pereżempju, ħafna jikkundannaw lill-midinbin meta suppost juru tjubija u jitolbu għalihom. Dawn suppost, jagħtu eżempju lil oħrajn. Xi wħud jgħajjru lil ħaddieħor minflok ma juru l-imħabba li hija mistennija minnhom bħala Nsara.

Qatt tikkundannaw lil ħaddieħor, anke jekk ma taqblux magħhom, għax dan mhux xi dritt tagħkom. Ħadd, Alla biss għandu l-awtorità li Jiġġudika lil ħaddieħor.

Filwaqt li ħafna nies li jemmnu, jkomplu jagħtuni ġieħ, dan se jkun biss skond it-termini tagħhom. Xi wħud se jħossu l-ħtieġa li jitbiegħdu minn ħuthom, biex juru lid-dinja kemm huma bravi fejn jidħlu kwistjonijiet spiritwali. Imbagħad jużaw l-interpretazzjonijiet tagħhom stess ta’ xi tfisser verament il-Ħniena tiegħi.
Kemm-il darba smajt li Alla huwa kollu Ħniena, u li Huwa tant Ħanin u jħobb lil kulħadd, u li qatt mhu se jikkundanna lil ħadd? U li Hu qatt ma jibgħat l-ebda ruħ l-Infern?
 
Ukoll din hija gidba. Tant gideb, fejn l-eżistenza tal-Infern hija miċħuda, se jkun il-waqgħa tal-Insara.

In-nies jikkundannaw lilhom infushom stess għall-Infern. Mhux Jiena npoġġihom hemm. Huma jagħżluh, billi jirrifjutaw li jagħtu daharhom lid-dnub il-mejjet. Lanqas ma jfittxu l-maħfra, jew juru ndiema. Dan huwa ħsieb perikoluż u huwa d-dmir tal-Insara kollha li jwissu lil ħaddieħor dwar il-perikli tal-Infern.

Tant nies, inklużi dawk li jċaħħdu lil uliedhom mis-Sagrament tal-Magħmudija, jitkellmu bħallikieku d-dnub m’għadux importanti. Huma jemmnu li d-dnubiet kollu "se jinħafru". Dan mhux korrett. Id-dnubiet kollu jistgħu jinħafru, ikunu kemm ikunu suwed, iżda dan biss jekk il-midneb ifittex il-maħfra.

Bħalissa qed inkellimkom mis-Smewwiet, biex nipprepara lil ulied Alla kollha, għat-Tieni Miġja tiegħi u x’insib? Qed inkellimkom minn wara l-ħitan tal-ħabs u miċ-ċella li fiha waddabtuni, għaliex tirrifjutaw li temmnu li nista’ nkellimkom b’dan il-mod. Kemm qiegħdin toffenduni!

Lilkom li qattajtu ħajjitkom iddedikata Lili, u li tafu sew l-Iskrittura Mqaddsa tiegħi, iżda li issa tiċħduni, ngħidilhom dan.

Iċ-ċaħdiet tagħkom Lili issa, se jħallukom itturmentati u f’niket kbir, meta l-Verità tiġi żvelata lilkom. Għax, imbagħad tirrealizzaw bl-erwieħ li warrabtu fil-ġenb, meta kelli bżonn l-għajnuna tagħkom biex insalvahom. Kemm qed iġġagħalni nibki bil-frustrazzjoni minħabba l-għama tagħkom, ikkawżata min-nuqqas ta’ umiltà fikom. Intom tiddubitaw l-Kelma Mqaddsa tiegħi, meta suppost għandkom tħaddnuha u tgħannquha magħkom, għax intom ruħ li qed tegħreq u nieqsa mill-ġenerożità tal-qalb.

Nitlobkom bil-ħniena biex twieġbu għas-Sejħa tiegħi.


Il-Maħbub tagħkom Ġesù
Feddej tal-Bnedmin Kollha


Id-Drittijiet tal-Awtur © Ġesù Lill-Umanità, 2021, 2026. Id-drittijiet kollha riżervati.
Logo JTM