Dwar il-Knisja tal-Fdal Tiegħi u ż-Żewġ Xhieda Imsemmija fil-Ktieb tal-Apokalissi.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tal-15 ta’ April, 2012, fis-7.16 pm.
Maħbuba binti l-għażiża, Jiena Naf, li xi wħud minn dawn il-Messaġġi ma jagħmlux sens għalik, imma inti trid tafda Fija, u kun af li Jien Irrid Niżvela l-kontenut tal-Ktieb tal-Apokalissi, sabiex l-erwieħ (nies ħajjin) ikunu jafu x’għandhom jistennew f’dawn iż-żminijiet. Lil dawk ta’ fidi ċkejkna, imma li jaċċettaw il-Kelma Tiegħi, mogħtija lilkom permezz ta’ din il-Profeta, kunu afu li l-umiltà u x-xewqa tagħkom, imnissla mill-imħabba safja Għalija, ressqukom eqreb lejn il-Qalb Imqaddsa Tiegħi. Intom il-Knisja tal-Fdal Tiegħi. Intom il-Knisja kif imsemmija fil-Ktieb tal-Apokalissi. Intom il-prodott tal-Mara li Welldet Tifel, u li Ġiet Mitfugħa fid-deżert, fejn sejrin tkunu iżolati, iżda magħqudin ħaġa waħda flimkien, sabiex tipproklamaw il-Kelma Mqaddsa Tiegħi, u tippridkaw il-Vanġeli Veri. Il-Mara Twelled il-Knisja Vera Tiegħi, il-Merħla Leali Tiegħi, li mhux se tiġi mqarrqa mill-Profeta Falz. Intom, il-Knisja Tiegħi, sejrin tkunu mitfugħa fid-deżert għal 1,260 jum, fejn sejrin issibu kenn. Imma bid-Don tal-Ispirtu s-Santu, intom se tiġu mitmugħa mill-Frott tal-Imħabba Tiegħi.
Issa, intom sejrin ikunu l-membri leali tal-Knejjes Kristjani Tiegħi, inklużi l-Qaddejja Sagri Tiegħi (is-Saċerdoti), u dawk mis-segwaċi tiegħi, li jiċħdu l-Profeta Falz, li se jkollhom iżommu l-Knisja Tiegħi magħquda. Intom se jkollkom tonorawni bil-moħbi, għaliex il-Quddiesa tant sejra tinbidel, li ma tibqax tingħaraf aktar, taħt il-ħakma tal-Profeta Falz. Intom is-segwaċi veri tiegħi, u l-Grazzji kollha tas-Sema, jinsabu jitferrgħu fuq l-erwieħ prezzjużi tagħkom. Kemm Inħobbkom Jiena wliedi, u kemm ittaffu t-Tbatijiet Tiegħi. Imma kemm hemm ukoll uġigħ f’Qalbi, minħabba dawk mis-segwaċi tiegħi li se jirrifjutaw li jisimgħuni. Huma sejrin jinġibdu mix-xibka tal-Profeta Falz għal ġod-dlam, u Jiena ma Nistax Insalvahom. Bir-rieda ħielsa tagħhom stess, huma sejrin jagħtuni daqqa ta’ ħarta fuq Wiċċi.
Il-Knisja tal-Fdal Tiegħi, se jkollha bżonn ixxerred il-Kelma lil uliedi l-oħra, inklużi dawk li xejn ma jafuni. Intom, il-Knisja tal-Fdal Tiegħi, ser ikollkom bżonn tipproklamaw il-Profeziji Tiegħi, u l-Kelma Mqaddsa Tiegħi, lil dawk li mhumiex Kristjani, jew li ma jafux l-Għaxar Kmandamenti. Xogħolkom se jkun li tiżguraw li l-Bibbja Mqaddsa tinqara u tinftiehem. Sejjer ikun f’idejkom li tinfurmaw lid-dinja bit-tifsira sħiħa tas-Siġilli li jinsabu fil-Ktieb tal-Apokalissi, li Jiena sejjer Niżvela lil Marija Ħniena Divina.
Iż-Żewġ Xhieda fil-Ktieb tal-Apokalissi:
Intom, is-segwaċi tiegħi, intom wieħed miż-żewġ xhieda msemmija fil-Ktieb tal-Apokalissi u li se tkunu protetti mis-Sema. Il-Kelma Tiegħi, mogħtija lilkom, il-Knisja tal-Fdal Tiegħi, tista’ titwarrab bħala katavru, imma l-Kelma Tiegħi qatt mhi sejra tmut. Il-Lhud se jkunu t-tieni miż-żewġ xhieda. Iż-żewġ lampi huma l-Knejjes Kristjani tiegħi, il-Knisja Vera tradizzjonali, u dawk is-segwaċi tiegħi li sejrin jitwarrbu mill-Profeta Falz.
Iż-żewġ siġar taż-żebbuġ huma, Iżrael ta’ Ġerusalemm il-Qadima, u Iżrael il-Ġdida. Huma, il-Lhud, fl-aħħar sejrin ikunu jafu li Jiena l-Messija, u għalhekk, l-ippridkar tagħhom tal-Verità, se jiġi wkoll imwarrab u mormi 'l barra mill-Profeta Falz u l-Antikrist, biex jitmermer bħal katavru. Għal darb’oħra, din ir-razza magħżula mhux se tmut. It-tnejn se jħossuhom megħluba, iżda dan mhux se jiġri, għaliex intom se tifformaw, flimkien mar-reliġjonijiet l-oħra kollha, il-Knisja Waħda u Vera, jiġifieri, Ġerusalemm il-Ġdida li se tirxoxta mill-irmied.
Intom se tgħixu u tibqgħu ħajjin waqt is-saram terribbli tal-monarkija, li se tqum taħt it-tmexxija doppja tal-Profeta Falz u l-Antikrist, li t-tnejn se jintefgħu fl-għadira tan-nar, li hu l-Infern. Din il-persekuzzjoni mhux se ddum wisq, u intom sejrin tingħataw qawwa u protezzjoni kbira. L-għajnuna sejra tingħatalkom, u ħafna mexxejja se jqumu minn fostkom, sabiex jiggwidawkom matul dan il-perjodu.
Ħafna minnkom sejrin ssiru qaddisin fil-Ġenna tal-Art il-Ġdida Tiegħi, u wara li tkunu għentu fil-bini tal-Knisja tal-Fdal Tiegħi fid-Dinja, sejrin issaltnu Miegħi fis-Sema u l-Art il-Ġodda, li se joħorġu fit-Tieni Miġja Tiegħi. Dawk minnkom li mhumiex Miegħi, sejrin tingħataw żmien qasir ħafna sabiex tagħżlu: Jew tkunu favur il-Profeta Falz u kontrija, jew tkun Favur Tiegħi. Agħżlu l-ewwel waħda, u ruħkom tinsteraq mill-Qarrieqi. Għalkemm tinstema’ ħarxa, din hija l-Verità. Prova tal-Preżenza Tiegħi, sejra tingħata lil ulied kollha ta’ Alla, matul it-Twissija l-Kbira. Itolbu li mbagħad intom taċċettaw il-Verità, li Jiena, Ġesù l-Maħbub tagħkom, li Ninsab Insejjħilkom mis-Sema, sabiex Niftħilkom għajnejkom u widnejkom, intom tkunu tistgħu taraw u tisimgħu, qabel ma jkun tard wisq.
Il-Maħbub Ġesù tagħkom