Jiena Ġesù l-Maħbub Tagħkom u Qatt Ma Nista’ Ndgħajjef il-Knisja Tiegħi Stess

It-Tnejn, 16 ta’ April 2012 at 19:00

Jiena Ġesù l-Maħbub Tagħkom u Qatt Ma Nista’ Ndgħajjef il-Knisja Tiegħi Stess.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tas-16 ta’ April, 2012, fis-7.00 pm.


Maħbuba binti l-għażiża, illum qiegħed Insejjaħ lil ulied Alla kollha sabiex Nassigurakom, li Jiena, Ġesù l-Għażiż Tagħkom, qatt ma Nista’ Ndgħajjef il-Knisja Tiegħi stess. Madankollu, Jiena mhux sejjer Noqgħod Lura, u nara l-Knisja Tiegħi, permezz ta’ setta waħda partikolari, li m’għandha l-ebda dritt għal xi rwol fis-Santa Sede, tiġi mħarbta. Għax dan huwa preċiżament dak li qegħdin jippruvaw jagħmlu l-Profeta Falz, u dawk l-Imposturi li jagħtu qima lix-Xitan (Satana). Huma jridu jġarrfu l-Knisja Kattolika sakemm tispiċċa frak.

Hekk uliedi sejjer jiġri, meta x-Xitan jieqaf dritt waqt ir-ribelljoni finali kontra Alla, il-Ħallieq ta’ Kollox. Dan il-pjan kattiv biex jeqred il-Knisja Tiegħi, ilu għaddej għal 100 sena, iżda aktar intensifika, mill-1967 l-hawn. Ħafna imposturi, membri ta’ din is-setta qerrieda, li jqimu lix-Xitan, daħlu fis-seminarji apposta sabiex ikollhom bażi tajba ġol-Vatikan stess. Is-setgħat tagħhom, filwaqt li huma permessi minn Alla l-Missier, kienu s’issa ristretti. Madankollu, hekk kif qed joqrob l-Aħħar taż-Żmien, dan kollu sejjer jinbidel. Din is-setta qarrieqa, issa se tinqeda b’kull forma ta’ poter, sabiex tiżgura li jiġi elett sostitut ġdid għall-Vigarju Qaddis Tiegħi, il-Papa Benedittu XVI.

Dawk kollha li jafu t-Tagħlim Tiegħi, se jaraw bidliet fiċ-Celebrazzjoni tal-Quddiesa Mqaddsa. Sejrin jiġu introdotti liġijiet sekulari ġodda, li se jirridikolaw il-Mewt Tiegħi fuq is-Salib. Ħafna segwaċi devoti tiegħi, sejrin jintebħu b’dan u se jħossuhom imweġġgħin. Imma, l-fehmiet tagħhom se jiġu mwarrba, waqt li ħafna Sagramenti mhux jiġu offruti aktar. Huwa għalhekk li hemm bżonn ta’ ħafna tħejjija. Għal dawk il-Kattoliċi li se jkunu mweġġgħin u skoraġġuti, jekk jogħġobkom ftakru, li Jien Qiegħed Hawn għalikom. Lili kemm issejjħuli, Jiena Ġesù l-Maħbub tagħkom, u kunu afu, li m’għandkomx għalfejn tibżgħu tipproklamaw il-Verità tat-Tagħlim Tiegħi. Xejn tibżgħu tagħtu dahrkom lill-ereżija. Jiena sejjer Niggwidakom u Nipproteġikom matul il-vjaġġ tagħkom, u intom sejrin tkunu Ggwidati bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu.


Il-Maħbub Salvatur tagħkom
Ġesù Kristu