Jiena, Ġesù l-Maħbub Tiegħek, Qatt Ma Nista’ Ndgħajjef il-Knisja Tiegħi Stess.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tas-16 ta’ April, 2012, fis-7.00 pm.
Maħbuba binti l-għażiża, qiegħed insejjaħ lil ulied Alla kollha u nassigurakom li Jiena, Ġesù l-għażiż tagħkom, qatt ma nista’ ndgħajjef il-Knisja tiegħi stess.
Madankollu, mhux se noqgħod lura, u nara l-Knisja tiegħi, permezz ta’ setta partikolari waħda, li m’għandha l-ebda dritt għal xi rwol fis-Santa Sede, tiġi fix-xejn.
Għax dan huwa preċiżament dak li qed jippruvaw jagħmlu l-Profeta Falz u dawk l-Imposturi li jagħtu qima lix-Xitan (Satana). Huma jridu jġarrfu l-Knisja Kattolika u jagħmluha frak.
Hekk, uliedi, x-Xitan se jieqaf dritt waqt ir-ribelljoni finali kontra Alla, il-Ħallieq ta’ Kollox.
Dan il-pjan kattiv biex jeqred il-Knisja tiegħi, ilu għaddej għal 100 sena iżda, mill-1967 l-hawn, aktar intensifika.
Ħafna Imposturi, li huma membri ta’ din is-setta qerrieda, li jqimu lix-Xitan, daħlu fis-seminarji biex ikollhom bażi ġol-Vatikan.
Is-setgħat tagħhom, filwaqt li huma permessi minn Alla l-Missier, kienu ristretti s’issa. Madankollu, hekk kif qed joqorbu l-Aħħar taż-Żminijiet, dan se jinbidel.
Din is-setta qarrieqa issa se tqajjem kull forma ta’ poter biex tiżgura li jiġi elett sostitut ġdid għall-Vigarju Qaddis tiegħi, il-Papa Benedittu XVI.
Dawk kollha li jafu t-Tagħlim tiegħi, se jaraw bidliet fiċ-celebrazzjoni tal-Quddiesa Mqaddsa.
Se jiġu introdotti liġijiet sekulari ġodda, li se jirridikolaw il-Mewt tiegħi fuq is-Salib.
Ħafna segwaċi devoti tiegħi se jaraw dan u se jħossuhom imweġġgħin. Il-fehmiet tagħhom se jiġu mwarrba u ħafna Sagramenti se jieqfu jiġu offruti.
Huwa għalhekk li hemm bżonn ta’ ħafna tħejjija.
Għal dawk il-Kattoliċi li se jkunu mweġġgħin u skoraġġuti, jekk jogħġobkom ftakru li Jien Qiegħed hawn.
Sejjħuli, Jiena Ġesù, l-Maħbub tagħkom, u kunu afu li m’għandkomx għalfejn tibżgħu tipproklamaw il-verità tat-Tagħlim tiegħi.
Xejn tibżgħu tagħtu dahrkom lill-ereżija.
Jiena niggwidakom u nipproteġikom fil-vjaġġ tagħkom, u intom se tkunu ggwidati mill-qawwa tal-Ispirtu s-Santu.
Il-Maħbub Salvatur tagħkom
Ġesù Kristu