Qatt M’Għandkom Tieħdu Xi Vantaġġ Inġust Minn Fuq Ħaddieħor, Anke fin-Negozju, fil-Politika Jew fi Kwalunkwe Qasam Ieħor tal-Ħajja

Il-Ħamis, 19 ta’ April 2012 at 20:00

Qatt M’Għandkom Tieħdu Xi Vantaġġ Inġust Minn Fuq Ħaddieħor, Anke fin-Negozju, fil-Politika Jew fi Kwalunkwe Qasam Ieħor tal-Ħajja.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tad-19 ta’ April, 2012, fit-8.00 pm.


Wisq għażiża binti, illum Nixtieqek tgħid lis-segwaċi kollha tiegħi, li t-talb tagħhom qiegħed jinstema’, u li ħafna ġrajjiet koroh qegħdin jiġu imtaffija minħabba dan. Jiena Nixtieq ukoll li jkun magħruf, li b’riżultat tat-tbatija tiegħek binti, Jien Stajt Insalva erba’ miljun ruħ (persuna). Il-Ħniena Tiegħi xterdet fuq dawn l-ulied ta’ Alla, li għadhom ħajjin fid-dinja tallum. Is-sagrifiċċji l-oħra wkoll, offruti minn dawk is-segwaċi tiegħi, li permezz tat-talb u s-sawm tagħhom, huma qed jgħinuni Nsalva lin-nies minn destin terribbli.

Is-saħħa, l-imħabba, il-lealtà u l-perseveranza tiegħek, ifissru li l-qawwa tax-Xitan (Satana) tinsab tiddgħajjef. Ifisser ukoll, li l-qawwa tal-Grupp Dinji Waħdani, issa qegħda wkoll tmajna globalment. Għandek tkun taf, li t-talb idgħajjef il-ħażen fid-dinja, u iktar ma jkun hemm talb, inqas ikun hemm qawwa f’idejn ix-Xitan. Qis li qatt ma tqaqqas mill-qawwa li t-talb għandu, għaliex anke t-talb u t-tbatija ta’ persuna waħda biss, iġib serħan kbir għal dawk in-nies, li altrimenti, kienu se jiffaċċjaw in-nar tal-Infern.

L-imħabba li tħossu uliedi, mogħtija lilkom bħala Rigal naturali mat-twelid, hija ħaġa safja. Rarament il-mibegħda tidħol f’ħajjitkom, sakemm ma tilħqux l-età tar-raġuni, ta’ madwar sebgħa snin. Uliedi ta’ inqas minn din l-età, huma innoċenti, puri u umli f’Għajnejja, u huma jaraw l-affarijiet b’mod sempliċi u mhux ikkumplikat. Din hija l-imħabba vera li intom tridu tippruvaw terġgħu issibu f’ħajjitkom. Meta tħarsu lejn il-ħajja b’mod sempliċi, tkunu qegħdin tonoraw lil Alla l-Missier, il-Ħallieq ta’ Kollox, u aktar meta tobdu l-Kmandamenti tiegħu, imbagħad terġgħu ssiru bħat-tfal ċkejknin. Issiru safja, kollkom imħabba, sempliċi, u ta’ qalb nieqsa minn kull malizzja. Imbagħad tingħataw il-Qawwa tal-Ispirtu s-Santu, sabiex il-fidi tagħkom tkun soda. Iva, veru li ssiru bħat-tfal iż-żgħar, imma intom tingħataw l-armatura ta’ gwerrier, membri veri u onorabbli tal-Armata t’Alla.

Maż-żmien, intom għad issaltnu Miegħi, spalla ma’ spalla, fil-Ġenna tal-Art il-Ġdida. Żommu l-imħabba tagħkom għal ħaddieħor sempliċi. Qatt toffru l-imħabba bil-kundizzjoni li takkwistaw xi ħaġa lura. Minflok, offru l-imħabba tagħkom mingħajr l-ebda obbligu. Offru l-imħabba lil ħaddieħor bħala rigal lil Alla. Araw li tħarsu lejn ma’ min tiltaqgħu f’ħajjitkom, mill-Għajnejn ta’ Alla. Kull persuna nħolqot minn Alla. Kull persuna nġiebet fid-dinja permezz tal-Imħabba t’Alla. Anke jekk ċerti erwieħ jitwieldu b’salib tqil xi jġorru, huma ġew ippreżentati fid-dinja minn Alla bl-Imħabba. Ħobbu lil xulxin, minkejja d-difetti ta’ xulxin, f’ġieħ Missieri. Innutaw kull wiċċ u ħarsu lejh bħallikieku qed taraw lil din il-persuna bl-Għajnejn ta’ Alla. Imbagħad biss, issibuha aktar faċli tevitaw li tiġġudikaw lil ħaddieħor.

Uliedi, qisu li tippruvaw issibu l-aħjar u t-tajjeb f’kulħadd. Uru mħabba u qalb tajba ma’ xulxin. Qisu li qatt ma tieħdu xi vantaġġ inġust minn fuq ħaddieħor, anke fin-negozju, fil-politika jew fi kwalunkwe qasam ieħor tal-ħajja. Meta tiltaqgħu mal-ħażen preżenti f’ħaddieħor, itolbu bil-qawwa għar-ruħ tagħhom u offru sagrifiċċju żgħir simboliku Lili, Ġesù Tagħkom, bħala tpattija għad-dnubiet tagħhom. Ftit tbatija u għemil ta’ sagrifiċċji żgħar għall-erwieħ tal-oħrajn, kif ukoll it-talb, jistgħu jtaffu l-intensità tal-persekuzzjoni kif imħabbra fil-futur. Meta tagħmlu dan, il-Ħniena ta’ Missieri tista’ titferra’ fuq id-dinja f’dilluvju ta’ grazzji. Itolbu, itolbu u itolbu ħalli t-talb tagħkom jgħin, sabiex il-bnedmin kollha jiġu ppreparati b’mod adegwat qabel ma tasal it-Twissija l-Kbira, sabiex ftit nies jintilfu qabel ma jingħataw iċ-ċans li jarawni Nippreżentalhom ir-Rigal il-Kbir tiegħi ta’ Mħabba, Ħniena u ta' Rikonċiljazzjoni.


Il-Maħbub Ġesù tagħkom,
Is-Salvatur tal-Bnedmin Kollha