Qatt M’Għandkom Tieħdu Xi Vantaġġ Inġust Minn Fuq Ħaddieħor, Anke fin-Negozju, fil-Politika Jew fi Kwalunkwe Qasam tal-Ħajja.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna u tal-bnedmin kollha, Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tad-19 ta’ April, 2012, fit-8.00 pm.
Wisq għażiża binti, nixtieqek tgħid lis-segwaċi kollha tiegħi, li t-talb tagħhom qed jinstema’, u li ħafna ġrajjiet koroh qed jiġu mnaqqsa b’riżultat ta’ dan.
Nixtieq ukoll li jkun magħruf, li b’riżultat tat-tbatija tiegħek binti, Jien stajt insalva erba’ miljun ruħ (persuni). Il-Ħniena tiegħi xerrdet fuq dawn ulied Alla, li għadhom ħajjin fid-dinja tallum.
Sagrifiċċji oħra, offruti minn dawk is-segwaċi tiegħi, li permezz tat-talb u s-sawm tagħhom, huma qed jgħinuni nsalva lin-nies minn destin terribbli. Is-saħħa, l-imħabba, il-lealtà u l-perseveranza tiegħek, ifissru li l-qawwa tax-Xitan (Satana) qed titnaqqas.
Ifisser ukoll, li l-qawwa tal-Grupp Dinji Waħdani issa qed tiddgħajjef globalment. Għandek tkun taf, li t-talb idgħajjef il-ħażen fid-dinja, u iktar ma jkun hemm talb, inqas ikun hemm qawwa f’idejn ix-Xitan. Qatt tqaqqas mill-istima tat-talb, għaliex anke t-talb u t-tbatija ta’ persuna waħda, iġib serħan kbir għal dawk li altrimenti, kienu se jiffaċċjaw in-nar tal-Infern.
L-imħabba li tħossu uliedi, mogħtija lilkom bħala Don (rigal) naturali mat-twelid, hija ħaġa safja. Rarament il-mibegħda tidħol f’ħajjitkom, sakemm ma tilħqux l-età tar-raġuni.
Uliedi ta’ inqas minn din l-età, huma innoċenti, puri u umli f’Għajnejja, u jaraw l-affarijiet b’mod sempliċi u mhux ikkumplikat. Din hija l-imħabba vera li tridu tipprovaw terġgħu issibu f’ħajjitkom.
Meta tħarsu lejn il-ħajja b’mod sempliċi, tonoraw lil Alla l-Missier, il-Ħallieq ta’ kollox, u tobdu l-Kmandamenti tiegħu, imbagħad terġgħu ssiru bħat-tfal iż-żgħar. Issiru puri, kollkom imħabba, sempliċi, u ta’ qalb nieqsa minn kull malizzja. Imbagħad tingħataw il-qawwa tal-Ispirtu s-Santu, sabiex il-fidi tagħkom tkun soda. Issiru bħat-tfal iż-żgħar, imma tingħataw l-armatura ta’ gwerrier, membri veri u onorabbli tal-Armata t’Alla.
Maż-żmien, għad issaltnu Miegħi, spalla ma’ spalla, fil-Ġenna tal-Art il-Ġdida.
Żommu l-imħabba tagħkom għal ħaddieħor sempliċi. Qatt toffru l-imħabba bil-kundizzjoni li takkwistaw xi ħaġa lura. Minflok, offru l-imħabba tagħkom mingħajr ebda obbligu. Offru l-imħabba lil ħaddieħor bħala rigal lil Alla.
Ħarsu lejn ma’ min tiltaqgħu f’ħajjitkom, mill-Għajnejn ta’ Alla. Kull persuna nħolqot minn Alla. Kull persuna nġiebet fid-dinja permezz tal-Imħabba t’Alla. Anke jekk ċerti erwieħ jitwieldu b’salib tqil xi jġorru, huma ġew ippreżentati fid-dinja minn Alla bl-Imħabba. Ħobbu lil xulxin, minkejja d-difetti ta’ xulxin, f’ġieħ Missieri.
Innutaw kull wiċċ u ħarsu lejh bħallikieku qed taraw lil din il-persuna bl-Għajnejn ta’ Alla. Imbagħad biss, issibuha aktar faċli tevitaw li tiġġudikaw lil ħaddieħor.
Ipprovaw sibu l-aħjar u t-tajjeb f’kulħadd. Uru mħabba u qalb tajba ma’ xulxin. Qatt m’għandkom tieħdu xi vantaġġ inġust minn fuq ħaddieħor, anke fin-negozju, fil-politika jew fi kwalunkwe qasam tal-ħajja. Meta tiltaqgħu mal-ħażen preżenti f’ħaddieħor, itolbu bil-qawwa għar-ruħ tagħhom u offru sagrifiċċju żgħir simboliku Lili, Ġesù tagħkom, bħala tpattija għad-dnubiet tagħhom. Ftit tbatija u għemil ta’ sagrifiċċji żgħar għall-erwieħ ta’ l-oħrajn, kif ukoll it-talb, jistgħu jtaffu l-intensità tal-persekuzzjoni kif imħabbra fil-futur. Meta tagħmlu dan, il-Ħniena ta’ Missieri tista’ titferra’ fuq id-dinja f’dilluvju ta’ grazzji.
Itolbu, itolbu u itolbu ħalli t-talb tagħkom jgħin, sabiex il-bnedmin kollha jiġu ppreparati b’mod adegwat qabel ma tasal it-Twissija, biex ftit jintilfu qabel ma jingħataw iċ-ċans li jarawni nippreżentalhom ir-Rigal il-Kbir tiegħi ta’ Mħabba, Ħniena u Rikonċiljazzjoni.
Il-Maħbub tagħkom Ġesù
Salvatur tal-Bnedmin Kollha