Għinuni Nħejji d-Dinja għat-Tieni Miġja Tiegħi

Il-Ħadd, 22 ta’ April 2012 at 15:30

Għinuni Nħejji d-Dinja għat-Tieni Miġja Tiegħi.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tat-22 ta’ April, 2012, fit-3.30 pm.


Maħbuba binti l-għażiża, l-umanità jeħtieġ li tkun taf, li ż-żmien għalija sabiex Nippreżenta Lili Nnifsi lil dinja, li ma temminx Fija, issa mhuwiex 'il bogħod. L-ulied kollha ta’ Alla, li huma devoti fit-twemmin Nisrani, mil-lealtà tagħhom Lejja, Jiena l-Għażiż Ġesù tagħhom, issa hemm bżonn li tgħinuni, ħalli Nipprepara d-dinja għat-Tieni Miġja Tiegħi. Diġà ngħata ħafna żmien, sabiex l-erwieħ (nies ħajjin) jerġgħu lura fil-Qalb Imqaddsa Tiegħi. Dan kien importanti għaliex, mingħajr dan iż-żmien, kieku ftit ħafna erwieħ kienu jkunu jistgħu jidħlu fil-Ġenna tal-Art il-Ġdida Tiegħi.

Għalhekk qiegħed Inħeġġiġkom, fl-Isem Imqaddes Tiegħi, sabiex tħalluni Niggwidakom, ħalli Ngħinkom tipproklamaw il-Verità tat-Tagħlim Tiegħi, f’kull rokna tad-dinja. Intom l-ewwel ippridkaw it-Tagħlim Sempliċi Tiegħi. Issa l-imħabba tal-proxxmu tagħkom, hija mistennija minn dawk kollha li jgħidu li huma s-segwaċi tiegħi. Tkellmu biss dwar it-Tieni Miġja Tiegħi. Kull min jixlikom pubblikament, fakkruhom, li l-Wegħda Tiegħi li Jiena Nerġa’ Niġi fil-Glorja, sabiex Niġġudika l-ħajjin u l-mejtin, sejra sseħħ propju matul il-ħajja ta’ din il-ġenerazzjoni. L-Ispirtu s-Santu Tiegħi sejjer Ifawwar l-erwieħ ta’ dawk in-nies, li lilhom intom twasslu l-Kelma Mqaddsa Tiegħi. Imma l-ewwel tridu titolbu għal din il-Grazzja Speċjali. Qabel ma Jiena Napprova, sabiex intom tagħmlu dan ix-xogħol l-aktar sagru, Nistedinkom ħalli titolbu din il-Grazzja permezz tar-reċitazzjoni ta’ din it-Talba tal-Kruċjata.

It-Talba tal-Kruċjata (48). It-Talba għall-Grazzja biex Inxandru t-Tieni Miġja ta’ Kristu:


O Ġesù tiegħi, tini l-Grazzja li nħabbar Kelmtek Imqaddsa, lill-umanità kollha, biex l-erwieħ jiġu meħlusa. Ferra’ l-Ispirtu Mqaddes tiegħek fuqi, il-qaddej ċkejken tiegħek, ħalli Kelmtek Imqaddsa tinstema’, u tiġi aċċettata, speċjalment minn dawk l-erwieħ, l-aktar fil-bżonn tal-Ħniena tiegħek. Għinni nonora, r-Rieda Mqaddsa tiegħek il-ħin kollu, u qatt ma ninsulta jew nikkundanna, lil dawk li jirrifjutaw Idek tal-Ħniena. Ammen.


Morri issa, intom l-Armata Tiegħi, għaliex intom ingħatajtu l-armatura li għandkom bżonn, sabiex tikkonvertu l-umanità. Issa intom sejrin tiġi mwaqqa’ għaċ-ċajt f’din il-Missjoni Tagħkom, kif ukoll insulentati u sfidati. Imma kunu afu, li meta jiġri dan, intom tassew tkunu l-iben u l-bint ta’ Alla. Qisu li ma tibżgħux, għaliex Jien qiegħed Nagħtikom il-Qawwa, sabiex tegħlbu ostakli bħal dawn. Serħu raskom, li Jiena sejjer Inmexxikom matul it-triq kollha. Morru fil-paċi u l-imħabba.


Il-Maħbub Ġesù tagħkom