Lill-Qaddejja Sagri Tiegħi Ngħidilkom Dan: Tagħmlux l-istess Żball ta’ Qabilkom, li Ċaħduni Meta Jien Ġejt l-Ewwel Darba.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tal-24 ta’ April, 2012, fis-7.45 pm.
Maħbuba binti l-għażiża, kun af, li meta Missjoni oħra bħal din, li qed nagħti issa lid-dinja, tkun importanti daqsha, ħafna nies se jippruvaw iwaqqfuha. Lilek se jippruvaw jattakkawk u jwarrbu l-dawk li jagħrfu Leħni, hekk kif Jiena qed nipprova ngħaddi l-Messaġġi lid-dinja kollha. L-intensità tal-mibegħda, murija lejn dawn il-Messaġġi tiegħi, mogħtija permezz tiegħek, il-Profeta tal-Aħħar taż-Żminijiet, se tkompli teskala.
Isimgħuni issa, dawk kollha li jgħidu li jafuni. Qed nipprepara l-umanità għat-Tieni Miġja tiegħi. Jekk temmnu fija, fit-Tagħlim tiegħi u tgħidu li tafuni, allura kunu afu, li qed nibgħat lill-Profeta tiegħi tal-Aħħar taż-Żminijiet, flimkien ma’ profeti oħra, biex jagħmlukom denji li tidħlu fis-Saltna tiegħi.
Lill-Qaddejja Sagri (is-Saċerdoti) tiegħi, ngħid dan. Tagħmlux l-istess żball ta’ qabilkom, li ċaħduni meta ġejt l-ewwel darba. Oqogħdu attenti u isimgħu s-Sejħa tiegħi, għax għandi bżonnkom biex tgħinuni nipprepara l-erwieħ (nies ħajjin) tal-merħla tiegħi, qabel ma jseħħ il-Miraklu l-Kbir. Jaqaw intom ħsibtu li Jien ma nibgħatx lill-profeti tiegħi biex iwissukom? Jew ħsibtu li kont se nħabbar biss ir-Ritorn tiegħi mingħajr ma nippreparakom u nħalli l-erwieħ imutu?
Għal dawk minnkom li tiċħdu t-Tieni Miġja tiegħi, u madankollu tgħidu li tifhmu l-Wegħda tiegħi lill-bnedmin kollha, imisskom tistħu. In-nuqqas ta’ umiltà tagħkom ifisser li ma tistgħux tissaffew mill-Ispirtu s-Santu. Tridu jew tistaqsuni għal dan id-Don tad-Dixxerniment jew titilqu 'il bogħod minni. Iddiżappuntajtuni. Iġġagħluni nibki bil-frustrazzjoni, għaliex intom il-Qaddejja tiegħi, ġejtu mogħtija r-responsabbiltà għas-salvazzjoni tal-erwieħ, li huwa l-ministeru tagħkom.
Issa li qed insejjaħ lilkom mis-Smewwiet, nitlobkom biex twieġbu għas-Sejħa tiegħi. Jiena għandi ħafna erwieħ magħżula li qed jaħdmu miegħi, biex iġibuli l-erwieħ, li għalihom tant għandi għatx. Huwa d-dmir tagħkom li tqumu mill-irqad u toqgħodu attenti għas-Sejħa tiegħi. Dawk minnkom biss li verament iħobbuni se jagħrfu Leħni.
Bħal ma taf l-omm, it-tarbija tagħraf leħen ommha u hekk intom, il-Qaddejja maħbuba tiegħi, tridu ssejħuli bħal tarbija, biex tassiguraw ruħkom li Jiena Hu, Ġesù l-Maħbub tagħkom, li qed nsejjħilkom biex iżżommuli Jdejja. Jiena se mmexxikom minn qalb il-ġungla miżewda bix-xewk li minnha tridu timxu biex taslu sal-Bieb tal-Ġenna l-Ġdida tiegħi. Jien ma għedtilkomx li se nerġa’ niġi biex niġġudika l-ħajjin u l-mejtin?
Hekk hu, Jiena dalwaqt niġi u għandi bżonnkom biex tgħinuni nġib lil Ulied Alla kollha flimkien bħala ħaġa waħda. Bħalissa kważi ħadd mhu qed jagħrafni, minħabba l-purtiera ta’ qerq, li għattiet id-dinja kollha. Ħafna ma jemmnux f’Alla l-Missier. Ftit jaċċettaw li Jien mit, Ġesù Kristu, l-Iben Waħdieni tiegħu, biex insalvahom. Madankollu huma lesti li jemmnu u anke jqimu allat foloz, li ma jeżistux.
Kif naqsam qalbi bil-biki u nħoss swied ta’ qalb kbir nara ż-żgħażagħ jidħku meta jissemma Ismi, u meta jwaqqgħu għaċ-ċajt lil oħrajn, li pubblikament jistqarru li neżisti. Tant insofri l-uġigħ tal-Kruċifissjoni tiegħi, meta nara lil dawk li jsostnu li huma Nsara jirrifjutaw li jxandru t-Tagħlim tiegħi pubblikament, minħabba l-biża’ li jkunu mqwaqqa’ għaċ-ċajt. Id-dinja ġiet imqarrqa, mis-Sultan tal-Gideb. Jien biss issa nista’ nġib it-tama u nsalva lil ulied Alla mid-destin terribbli, li qed jiġi ppjanat biex jinfirex it-terrur ma’ kull pajjiż, minn dawk l-armati ta’ gruppi globali qawwija, inklużi dawk taħt il-kontroll tal-Profeta Falz u l-Antikrist.
It-twissijiet kollha tiegħi, mogħtija lill-Profeta tiegħi tal-aħħar taż-żmien, Marija Ħniena Divina, issa se jseħħu. Sakemm jiġri dan, qatt tinsew li l-lealtà tagħkom hija Lejja, is-Salvatur tagħkom, Ġesù Kristu. Mingħajr l-Imħabba u d-Direzzjoni tiegħi, se ssibuha impossibbli li tidderiġu l-vapur, jiġifieri l-Knisja Mqaddsa tiegħi fid-dinja.
Stenbu. Tiċħdux il-profeti t’Alla. Ħafna issa jsostnu li ġejjin f’Ismi, kif bassret l-Iskrittura, iżda ma joffrux l-ikel spiritwali, li jista’ jiġi biss Minni.
Ħafna qed jitfaċċaw u jiċħdu l-Vuċi pubblika u ewlenija tiegħi lid-dinja, li tinsab f’dawn il-Messaġġi, f’dan l-aħħar taż-żminijiet.
It-talb huwa t-triq tagħkom lura f’Dirgħajja.
Itolbu, itolbu u itolbu għall-grazzji li tiftħu għajnejkom, sabiex tkunu tistgħu tindunaw min Jien, qabel ma jkun tard wisq. Għandi bżonn l-għajnuna tagħkom, l-imħabba tagħkom u l-lealtà tagħkom. Ftakru li kien minħabba Fija li ħadtu l-Voti Sagri tagħkom. Issa li qed insejjħilkom, tiċħdunix. Għannquni, u ħalluni niggwidakom, sabiex tkunu tistgħu tmexxu l-Knisja tal-Fdal tiegħi u ssalvaw l-erwieħ.
Nagħtikom il-Barka Speċjali tiegħi, u nistenna li twieġbu għas-Sejħa tiegħi kif ġej b’din it-Talba tal-Kruċjata (49). It-Talba tal-Wegħda Solenni ta’ Lealtà mill-Kleru Nisrani:
“O Ġesù, jien il-qaddej ċkejken tiegħek, inwiegħdek imħabbti u l-lealtà Lejk. Nitolbok bil-ħniena ttini sinjal tas-sejħa tiegħek. Għinni niftaħ għajnejja biex nara l-Wegħda tiegħek.
Berikni bil-Grazzja tal-Ispirtu s-Santu, ħalli ma niġix imqarraq minn dawk li jiddikjaraw li jitkellmu f’Ismek, imma li ma jgħidux il-verità. Urini l-Verità.
Ħallini nħoss Imħabbtek, sabiex inkun nista’ nwettaq ir-Rieda l-Aktar Imqaddsa tiegħek. Nitolbok, b’qalb umli, biex turini kif nista’ ngħinek issalva l-erwieħ tal-umanità. Ammen.”
Tinjorawx is-sejħa tiegħi. Tiċħdunix meta nerġa’ niġi. Din id-darba ġej, mhux biss biex insalva l-umanità għal darb'oħra, iżda biex inwettaq ir-Rieda Divina tal-Maħbub Missieri, Alla l-Aktar Għoli. Morru fil-paċi.
Il-Maħbub tagħkom Ġesù