Alla l-Missier: Bħala l-Missier tal-Umanità Kollha, Jiena Lest li Nibgħat lil Ibni Sabiex Jieħu Lura t-Tron Leġittimu Tiegħu.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Missierna fis-Smewwiet, Alla l-Aktar Għoli, tat-28 ta’ April, 2012, fit-3.40 pm.
Binti, dawn l-aħħar xhur kienu ta’ żmien diffiċli għalik, u mhux għalik biss, imma wkoll għal uliedi l-maħbubin kollha. Jiena l-Missier tal-Ħolqien Kollu, u Nħobb b’Passjoni Profonda, lil kull Iben u Bint Tiegħi, irrispettivament minn kemm Lili joffenduni. Issa, tant hemm tħejjija meħtieġa, sabiex tgħin ħalli tipprepara l-erwieħ (nies ħajjin) għall-Miġja ta’ Ibni l-Maħbub, Ġesù Kristu. Ħafna mill-umanità qegħda tbati f’dan iż-żmien, minħabba l-persekuzzjoni. Din il-persekuzzjoni tikkonsisti mhux biss fil-faqar u n-nuqqas ta’ flus, imma wkoll fil-ġuħ spiritwali. Bħala l-Missier tal-Umanità kollha, Jiena Lest li Nibgħat lil Ibni Lura fid-dinja, sabiex Jieħu Lura t-Tron Leġittimu Tiegħu. Jiena biss Naf dwar meta se jkun dan iż-żmien. Lanqas Ibni stess ma Jaf bid-data. Imma Nista’ Ngħidilkom, li dan se jkun dalwaqt, u li l-biċċa l-kbira ta’ din il-ġenerazzjoni ħajja fid-dinja llum, sejra tgħix u tara l-Jum tar-Ritorn ta’ Ibni fil-Glorja l-Kbira Tiegħu. Issa Jiena qiegħed Nipprepara sabiex Niġbor lil uliedi kollha, hekk kif sejjer Neħodhom 'il bogħod mill-abbiss terribbli tat-tbatija, li huma kellhom jissaportu fid-deżert.
Dan id-deżert inħoloq minn idejn Luċiferu u l-anġli ribelli u mkeċċija kollha tiegħu, li ilhom jiġġerrew fid-dinja mill-waqgħa ta’ Adam u Eva. B’hekk, illum ħafna minn uliedi jsibuha impossibbli li jemmnu Fija, Alla l-Ħallieq u l-Missier tagħhom. Jiena Berikt lil uliedi b’intelliġenza u Tajthom ir-rieda ħielsa u indipendenti, fejn huma jistgħu jagħżlu kif iridu, u jiddeċiedu kif jgħixu ħajjithom. Sabiex Niggwidahom lejn is-Saltna Tiegħi, Jiena Tajthom l-Għaxar Kmandamenti li huma miktuba fil-ġebel. Dawn qatt ma nbidlu, iżda wliedi ħassew li kienu aktar intelliġenti minnhom, u għalhekk ħolqu tifsiriet ġodda li mhumiex aċċettabbli Għalija.
Dan iż-żmien għat-tmiem tar-renju tad-Demonji ribelli u mkeċċija kollha, u li mlew d-dinja, kważi wasal fi tmiemu. Jiena qiegħed Insejjaħ lil uliedi kollha, sabiex issa tisimgħuni: Iż-żmien tagħkom fid-dinja, kif tafuha, wasal biex jintemm. Madankollu hemm Art Ġdida u Ġenna Ġdida li qegħda tistenniekom. Din sejra tisboq kull ħaġa oħra li intom qatt tistgħu timmaġinaw, u li ilha ppreparata għalikom għal xi żmien b’Imħabba, għal kull raġel u mara, tifel u tifla. Fl-aħħar Jiena sejjer Ngħaqqad il-Familja Prezzjuża Tiegħi kollha, u lkoll flimkien sejrin Ngħixu f’Armonija, Paċi, Imħabba u Ferħ għall-eternità.
Issa, għal dawk minnkom li qegħdin tirrifjutaw li tidħlu fil-Ġenna tal-Art il-Ġdida, Jiena sejjer Nagħmel dak kollu li Nista’ sabiex Inwaqqafkom milli tkomplu tagħtu daharkom lil dan il-wirt, li bi dritt huwa tagħkom. Minħabba d-Don tar-Rieda Ħielsa tagħkom, li qatt mhu sejjer jitteħdilkom, l-għażla hija biss tagħkom u f’idejkom. Kull ma hemm bżonn li tagħmlu, hu biss li ddawwru raskom Lejja u tiftħu qalbkom Għalija. Imbagħad tridu tiġu tiġru f’Dirgħajja, sabiex Inkun Nista’ Neħodkom id-Dar Miegħi. Din hija l-akbar Xewqa Għażiża u Prezzjuża Tiegħi, jiġifieri li Nieħu lil uliedi l-għeżież kollha d-Dar, fil-post taghkom bi dritt, u fejn intom tappartjenu għalih.
Il-Maħbub Missierkom,
Alla l-Aktar Għoli