Ħafna Papiet Kienu Priġunieri fis-Santa Sede

It-Tnejn, 7 ta’ Mejju 2012 at 18:19

Ħafna Papiet Kienu Priġunieri fis-Santa Sede.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tas-7 ta’ Mejju, 2012, fis-6.19 pm.


Maħbuba binti l-għażiża, illum Irrid Ngħid lil-Knejjes Tiegħi kollha madwar id-dinja dan: Kunu afu intom, li Jiena dejjem sejjer Inkun magħkom, u maġenbkom, imma dan sakemm intom tipproklamaw il-Kelma l-Aktar Qaddisa Tiegħi. Issa Irrid Ngħid lil Kleru tal-Knisja Kattolika Tiegħi: Anke jekk intom Lili ikkawżajtuli Wġigħ qawwi tal-ġsem u tal-moħħ, minħabba d-dnub krudili tagħkom, kunu afu, li Jiena xorta qatt mhu se sejjer Nabbandunakom, għalkemm inthom dnibtu bil-kbir. Imma jeħtieġ li tkunu tafu, li l-fidi tagħkom Fija mhix daqshekk qawwija, daqs kemm suppost tkun. Intom m’għadkomx tħobbuni kif kontu tħobbuni qabel. Il-ġid kollu li akkumulajtu, ħoloq distanza Bejni, Jiena, Kristu u s-Salvatur tagħkom, u bejn l-ulied ordinarji ta’ Alla. Intom issa tant tlajtu fil-għoli, li Jiena ma Nistax Nilħaqkom u Noffrilkom Idi, sabiex Insalvakom mit-taħsir fil-ġewwieni tagħkom. Intom ġejtu mgħallma l-Verità minn Pietru Tiegħi, li fuq il-Blata Tiegħu intom mibnija. U wara kollox intom x’għamiltu? Tellajtu swar madwarkom.

Dan kollu, kkawża nuqqas ta’ komunikazzjoni, ma’ dawk in-nies li suppost intom kellkom titimgħu bil-Ġisem u d-Demm Tiegħi, sabiex isosstnu lir-ruħhom. Ir-rispett li huwa meħtieġ minnkom, fl-amministrazzjoni tal-Ewkaristija Mqaddsa Tiegħi intilef, u dan meta intom iddisprezzajtu l-Preżenza Tiegħi. Meta l-Konċilju Vatikan II, iddikjara regoli ġodda, dawn ġew introdotti minn dawk il-gruppi Masoniċi krudili, minn ġewwa l-kurituri tagħkom stess. B’makakkerija, huma ppreżentaw modi ġodda, ta’ kif  tamministraw l-Ewkaristija Mqaddsa Tiegħi, li Għalija, huma Insult. L-hekk imsejjaħ tagħlim tolleranti tagħkom, apposta ipproklama sensiela ta’ gideb, inkluż ir-rifjut li tirrikonoxxu l-Qawwa ta’ San Mikiel l-Arkanġlu. Huwa l-Protettur tal-Knisja kontra x-Xitan (Satana). Dawk il-gruppi li hemm jaħdmu minn ġewwa magħkom, kienu jafu dan. Kien għalhekk, li intom waqqaftu t-talb kollu li jitlob l-għajnuna ta’ San Mikiel l-Arkanġlu, qabel il-Quddiesa Mqaddsa.

Imbagħad intom wettaqtu l-akbar gidba, jiġifieri li l-Infern mhux xi post tal-biża’. Li l-Infern huwa biss metafora. Minħabba din il-gidba, li issa ġiet aċċettata bħala verità minn bosta minn ulied Alla, eluf ta’ miljuni ta’ erwieħ intilfu għal dejjem. O kemm toffenduni. Lil dawk il-Qaddejja Sagri Umli (is-Saċerdoti) fostkom, Nitlobkom sabiex terġgħu lura għat-Tagħlim Tiegħi. Araw li qatt ma tħallu r-rikkezzi jakkumulaw fostkom, u mbagħad taħsbu, li dawn huwa aċċettabbli f’Għajnejja. Il-ġid, id-deheb u l-poter li akkumulajtu f’Ismi, sejrin ikunu l-istess waqgħa tagħkom. Intom spiċċajtu ma tistgħu tiggwananjaw xejn mill-Kelma Mqaddsa Tiegħi. Għalhekk intom sofrejtu, minħabba l-mod kif offendejtuni.

Qisu li qatt ma taħsbu li Jiena qiegħed Nitfa’ t-tort fuq il-ħafna Papiet Qaddisa li qagħdu bilqiegħda fuq is-Sedja ta’ Pietru. Il-missjoni tagħhom dejjem kienet protetta. Ħafna Papiet kienu priġunieri fis-Santa Sede stess, imdawrin minn gruppi Masoniċi li ma jirrappreżentawx lil Alla. Anzi, dawn il-gruppi jobogħdu lil Alla, u qattgħu ħamsin sena sħaħ ixerrdu l-gideb dwar il-Ħniena t’Alla. Kien propju minħabba dawn l-għemejjel tagħhom, li wassal għall-kollass tal-Knisja Kattolika. Dan ma kienx xi kumbinazzjoni. Kollox kien ippjanat apposta u b’makakkerija, sabiex jeqirdu l-fidi tal-Knisja. Riedu jeqirdu l-ġieħ tal-Kattoliċi, tan-nies ordinarji, lejn l-Uniku Alla Veru.

Minħabba dan kollu li għamiltu, issa intom sejrin tiġu mitfugħa fid-deżert. Wara l-Papa Benedittu, il-Knisja Kattolika Tiegħi sejra titmexxa Minni Stess mis-Sema. Oh kemm qegħdin iġġiegħluni Nibki. Għalhekk, Irrid Insejjaħ lill-Qaddejja Sagri Tiegħi kollha, li jafu l-Verità, sabiex iqumu u jimxu Warajja, Jiena Ġesù Tagħkom, ħalli xxerrdu l-Verità tat-Tagħlim Tiegħi, f’servitù umli. Jeħtieġ li ssibu l-kuraġġ u l-qawwa sabiex tqumu minn fuq l-irmied. Fuq kollox, araw li tiċħdu l-gideb, li dalwaqt se jiġi ppreżentat lilkom mill-Profeta Falz. Huwa se jgħaqqad il-Knisja Kattolika ma’ knejjes oħra, inklużi knejjes pagani, sabiex issir abominazzjoni waħda, jiġifieri knisja dinjija u waħdanija, imma mingħajr ruħ.


Ġesù tagħkom