Għandhom il-Hsieb li Jneħħu lill-Papa Benedittu XVI minn fuq is-Sedja ta’ Pietru, Billi Jużaw Mezzi Qarrieqa.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tas-26 ta’ Mejju, 2012, fl-4.00 pm.
Ninsab kuntent li erġajt lura għandi. Huwa importanti li tibqa’ qrib tiegħi issa binti. Baqa’ biss ftit żmien u għad għandek ħafna xogħol x’tagħmel.
Illum qed nitlob lis-segwaċi tiegħi, għażiża binti, biex jitolbu bil-ħerqa, għall-Vigarju Maħbub tiegħi, il-Papa Benedittu XVI. Hu, il-Qaddej Qaddis tiegħi, jinsab għaddej minn persekuzzjoni tal-biża’, ġejja minn wara l-bibien magħluqa tas-Santa Sede stess.
Jiena kont digà għedtlek qabel, li l-gruppi Masoniċi, li għandhom qabda bħal ta’ morsa ġewwa l-Vatikan, iridu lill-Papa maħbub tiegħi jitlaq minn hemm.
U huma beħsiebhom ikeċċuh minn fuq is-Sedja (Siġġu) ta’ Pietru billi jużaw mezzi qarrieqa.
Kif kont għedtlek fil-passat, hu ser ikollu jaħrab, għaliex ftit li xejn se jkollu għażla.
Issa ż-żmien huwa qasir. Inti trid titlob bil-qawwa kollha sabiex jibqa’ hemm, sa kemm jista’, għaliex hekk kif jitlaq, l-Impostur, il-Profeta Falz, se jeħodlu postu.
Kif nieżel id-Dmugħ minn Għajnejja, għall-Knisja l-Maħbuba tiegħi fid-dinja f’dan il-waqt. Dawk il-Qaddejja Sagri (is-Saċerdoti) kollha tiegħi, u li jaċċettaw il-Kelma Mqaddsa tiegħi, hekk kif qed tingħatalkom issa f’dan il-ħin, isimgħuni issa.
Intom tridu tibqgħu fidili lejn il-Quddiesa Mqaddsa u tipproteġu dan is-Sagrifiċċji ta’ kuljum. Għaliex dalwaqt se tkunu mġiegħela tibilgħu gidba.
Is-Sagrifiċċji ta’ kuljum, ad unur il-Kruċifissjoni tiegħi, jiġfieri l-bdil tal-inbid f’Demmi u l-ħobż f’Ġismi, se jinbidlu, jinbarmu, u Jiena se niġi mkasbar permezz ta’ liġijiet ġodda introdotti mill-Profeta Falz.
Qatt m’għandkom taċċettaw xi ħaġa li mhix il-Verità.
Qatt m’għandkom taċċettaw ereżija ġejja minn ġewwa l-ħitan tas-Santa Sede tiegħi. Jekk tagħmlu dan, allura tkunu qiegħdin twarrbu lilkom infuskom Minni.
Ħafna minnkom se jkollkom toffru l-Quddiesa Mqaddsa bil-moħbi, u se jkollkom bżonn il-kuraġġ kollu li tistgħu tiksbu, billi titolbu Lili u tistaqsuni biex insaħħahkom.
Il-bidliet se jibdew bl-Ewkaristija Mqaddsa nnifisha. Dalwaqt se għidulkom li t-Tqarbina Mqaddsa, il-Preżenza Vera tiegħi hija, fil-fatt, xi ħaġa oħra.
Se għidulkom li tfisser xi ħaġa differenti. Imma din hija gidba faħxija.
L-Ewkaristija Mqaddsa hija Ġismi u Demmi, mogħtija lilkom biex tħalluni nimliekom bl-Ispirtu s-Santu tiegħi, u biex nagħtikom in-nutriment li teħtieġu għal ruħkom.
Meta jasal dak iż-żmien, u intom il-Qaddejja Sagra tiegħi, tiġu ppreżentati b’din l-interpretazzjoni moderna u ġdida, allura mbagħad għandkom tkunu tafu li l-kontaminazzjoni tkun bdiet.
Dak ikun il-mument meta jkollkom bżonn tippreparaw. Inġabru flimkien u tiddefendu l-Verità tal-Kruċifissjoni tiegħi. Taċċettawx il-gideb, il-bidliet fil-Quddiesa Mqaddsa u tal-Ewkaristija Mqaddsa. Għax jekk tagħmlu dan, allura l-Preżenza tiegħi tintilef għal ulied Alla kollha.
Imxu warajja. Din hija l-akbar sfida li qatt se jkollkom tiffaċċjaw, imma Jiena nagħtikom il-Grazzji biex tagħrfu l-Verità, mill-falsita sagrileġa, li se tintalbu taċċettaw fl-Isem Imqaddes tiegħi.
Tridu titolbu l-Għajnuna tiegħi issa, permezz ta’ din it-Talba tal-Kruċjata (56). It-Talba tas-Saċerdoti li Qed Ifittxu l-Protezzjoni tal-Ewkaristija Mqaddsa:
"O Missier Għażiż, f’isem il-Prezzjuż Ibnek, li Ssagrifika lilu nnifsu, fuq is-Salib għall-umanità kollha, għinni biex nibqa’ leali lejn il-Verità.
Iksini bid-Demm Prezzjuż ta’ Ibnek, u agħtini l-Grazzji li nkompli naqdik bil-fidi, bil-fiduċja u bl-unur, għall-bqija tal-ministeru tiegħi.
Tħallini qatt nitbiegħed mit-tifsira sħiħa tas-Sagrifiċċju tal-Quddiesa Mqaddsa, jew li noffri l-Ewkaristija Mqaddsa lil uliedek.
Agħtini l-qawwa li nirrappreżentak, u nitma’ lill-merħla tiegħek bil-mod, ta’ kif għandhom jiġu mitmugħa, bil-Ġisem, id-Demm, ir-Ruħ u d-Divinità ta’ Ibnek, Ġesù Kristu, is-Salvatur tal-Umanità. Ammen."
Jekk jogħġobkom kunu afu, li Jien miexi ma’ kull wieħed minnkom, maħbubin Qaddejja Sagri tiegħi, u ta’ kuljum.
Jiena nsostnikom. Strieħu Fuqi u Jien inżommkom qrib il-Qalb Imqaddsa tiegħi f’dawn iż-żminijiet ta’ turmenti insapportabbli, fil-Knisja Kattolika.
Il-Maħbub tagħkom Ġesù