Kunu Afu li l-Elf Sena Msemmija fil-Ktieb tal-Apokalissi, Jfissru Preċiżament Dan

It-Tnejn, 28 ta’ Mejju 2012 @ 20:45

Kunu Afu li l-Elf Sena Msemmija fil-Ktieb tal-Apokalissi, Jfissru Preċiżament Dan.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tat-28 ta’ Mejju, 2012, fit-8.45 pm.


Maħbuba binti l-għażiża, meta l-bniedem jiddubita t-Tagħlim li jinsab fil-Bibbja Mqaddsa, din hija n-natura umana u normali.

Meta l-bniedem idawwar it-Tagħlim tal-Bibbja Mqaddsa biex jaqbel mal-aġenda tiegħu, dan joffendini. Imma, meta l-Qaddejja Sagri (is-Saċerdoti) tiegħi jiċċensuraw partijiet mill-Bibbja Mqaddsa, u jwarrbuhom fil-ġenb, bħallikieku m’huma ta’ l-ebda valur, huma jkunu qed jiċħdu Lili, Jien, Bin il-Bniedem. Dak kollu li jinsab fil-Bibbja Mqaddsa ġej minn Missieri Etern li approva minn qabel kull Kelma permezz tal-Midlukin tiegħu.

Emmnu li l-Kelma Mqaddsa ta’ Alla tinsab fil-Ktieb ta’ Missieri, lanqas Kelma waħda ma hi gidba. Mela għaliex, dawk li jistqarru li huma studjużi u esperti tal-Verità, li tinsab fil-Bibbja Mqaddsa, jiddubitaw il-Kelma Mqaddsa tiegħi kif qed nippreżentahielkom, f’dawn il-Messaġġi? Il-Verità tiegħi qed tingħatalkom issa, u għal darb’oħra, biex iġġeddu l-memorji tagħkom, u biex tfakkarkom fit-Tagħlim li jinsab fiha.

Lil uliedi madwar id-dinja, kunu afu li l-profeziji li jinsabu fil-Ktieb ta’ Danjel u l-Ktieb tal-Apokalissi għad iridu jseħħu. Kunu afu li l-elf sena msemmija fil-Ktieb tal-Apokalissi, jfissru preċiżament dan. Li kieku kien maħsub li dan irid ifisser xi ħaġa oħra, allura kien jingħata żmien differenti.

Il-Knisja tiegħi, il-Knisja Kattolika, ma ddikjaratx it-twemmin tagħha, għax dan għadha ma għamlitux.

Il-Knisja tal-Fdal tiegħi, li hija l-friegħi li fadal tal-Knisja Kattolika tiegħi fid-dinja, se tifhem it-tifsira vera, tal-Era ta’ Paċi tiegħi fid-dinja.

Intom tinsabu fl-Aħħar taż-Żminijiet, iżda d-dinja se tiġġedded.

Qed isejjaħ lilkom ilkoll, il-Qaddejja Sagri tiegħi. Leħni maħnuq, hekk kif qed nitlobkom biex twieġbu għas-Sejħa Mqaddsa tiegħi mis-Smewwiet. Jiena, l-Maħbub Salvatur tagħkom, sa issa, bgħatt ħafna viżjonarji. Dawn għenukom biex tiftħu moħħkom għal dawk il-ġrajjiet li għad iridu jiġru. Jiena, stennejt sa issa biex nipproklama lid-dinja r-rivelazzjonijiet finali.

Issa qiegħed nibgħat l-aħħar messaġġiera tiegħi, lil Marija Ħniena Divina, is-seba’ messaġġiera, biex tħejji l-aħħar kapitlu, hekk kif qed jiġi żvelat lilkom. Leħni huwa bħar-ragħad. Se jibqa’ jidwi mad-dinja kollha. Leħni mhux se jieqaf, sa dak il-jum ta’ meta niġi biex nagħmel il-ġudizzju. Forsi ma tisimgħunix bħalissa. Ħafna minnkom se twarrbu l-Kelma tiegħi b’arroganza, li tweġġagħni profondament. Oħrajn, bil-biża’, se jinjorawni, għaliex dak il-mod huwa aktar faċli għalihom. Imma, l-bidliet li qed nitkellem dwarhom, dalwaqt se jseħħu. Imbagħad tibdew tindunaw bil-Verità.

Qed insejjħilkom issa biex ngħidilkom dan kollu. Jien qed nistenna t-tweġiba tagħkom, jew issa, jew fil-futur. Qed nistenna. U se nkompli nistenna bil-paċenzja, sa dak il-jum li tiġu tiġru għandi, tfittxu l-Protezzjoni tiegħi.

Jiena qatt ma naqta’ qalbi mill-Qaddejja Magħżula tiegħi, dawk li sejjaħtilhom mill-bidu.

Tiftakru l-ewwel darba li sejjaħtilkom? Ħassejtu lil Leħni jitkellem ma’ ruħkom, iħeġġiġkom biex tingħaqdu miegħi. Tistgħu tisimgħuni issa?

Itolbuni nurikom issa, li Jien, Ġesù tagħkom, qed nitlobkom bil-ħniena biex tiġu, biex tqumu u ssegwuni f’dan l-aħħar vjaġġ diffiċli lejn il-Ħajja Eterna. Tibżgħux mis-Sejħa tiegħi. Afdawni u għiduli din it-talba fejn titolbuni biex inħallikom tisimgħu is-Sejħa tiegħi. 

It-Talba tal-Kruċjata (57). It-Talba tas-Saċerdoti “Ġesù Ħallini Nisma’ s-Sejħa Tiegħek”:


“O Ġesù Għażiż, iftaħli widnejja ħa nisma’ l-Vuċi tiegħek. Iftaħli qalbi għas-sejħa tiegħek kollha Mħabba. Imla lir-ruħi bl-Ispirtu s-Santu, biex issa nkun nista’ nagħrfek.

Noffrilek il-lealtà ċkejkna tiegħi, għal dak kollu li titlob minni. Għinni niddixxerni l-Verità, inqum, nirrispondi u nimxi wara Leħnek sabiex ngħinek issalva l-erwieħ tal-umanità kollha.

Ir-Rieda tiegħek hija għalija kmand. Tini l-kuraġġ biex inħallik tiggwidani, ħalli nieħu l-armatura biex nigwida l-Knisja tiegħek lejn is-Saltna l-Ġdida tiegħek. Ammen.”


Ftakru, li Jiena Ġesù Kristu, qatt mhu se nħalli lill-Qaddejja Sagri tiegħi jitbiegħdu mit-Triq tal-Verità. Jien se nkun preżenti f’kull kantuniera u f’kull triq biex nurikom id-direzzjoni t-tajba.

Intom tistgħu ssibu ruħkom li xi drabi qed taqtgħu qalbkom. Tistgħu issiru konfużi. Jista’ jkun li ma tkunux tridu tisimgħu l-Verità. Forsi tkunu imbeżża’. Imma, kunu afu dan. Jiena dejjem inħobbkom. Dejjem se nkun maġenbkom. Qatt mhu se nabbandunakom.


Il-Maħbub tagħkom Ġesù


Id-Drittijiet tal-Awtur © Ġesù Lill-Umanità, 2021, 2026. Id-drittijiet kollha riżervati.
Logo JTM