Il-Profeta Falz Mhux Biss Se Jieħu F’Idejh il-Knisja Kattolika, Iżda Se Jiddetta Fuq il-Knejjes Kristjani Kollha

Il-Ħadd, 10 ta’ Ġunju 2012 @ 15:30

Il-Profeta Falz Mhux Biss Se Jieħu F’Idejh il-Knisja Kattolika, Iżda Se Jiddetta Fuq il-Knejjes Kristjani Kollha.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tal-10 ta’ Ġunju, 2012, fit-3.30 pm.


Maħbuba binti l-għażiża, qed insejjaħ lis-segwaċi kollha tiegħi biex juru kuraġġ f’dan iż-żmien.

Dan mhuwiex iż-żmien li taqgħu u tibku. Imma huwa ż-żmien li tiġġieldu għas-salvazzjoni tagħkom.

Qed insejjaħ lill-Knejjes Kristjani kollha, lill-Kleru tiegħi u lil dawk kollha li ddedikaw ħajjithom lili, Jiena, Ġesù tagħhom, biex jisimgħu t-Talbiet tiegħi.

Qatt tabbandunaw il-verità tat-Tagħlim tiegħi.

Qatt tabbandunawni.

Qatt tabbandunaw il-Knisja tiegħi. Għaliex jien il-Knisja.

Qatt tabbandunaw lil Ġismi, għax Jiena hu il-Ħobż tal-Ħajja.

Qatt taċċettaw il-gideb, li dalwaqt se jitnissel fostkom, biex titwarrab il-Knisja tiegħi fid-dinja.

Wasal iż-żmien li tippreparaw.

Dalwaqt se tiġu mġiegħla tibilgħu reliġjon ġdida li se tkun magħmula mill-bniedem.

Dalwaqt se tiġu mitmugħa bil-forza, dak li se jkun jidher qisu l-Ewkaristija Mqaddsa, iżda dan mhux se jkun Ġismi.

Dan se jkun battal, sterili u mhu se jagħti l-ebda ħajja vera.

L-unika Ewkaristija Mqaddsa li teżisti hija l-mod ta’ kif il-Preżenza tiegħi hija ċċelebrata fis-Sagrifiċċju Mqaddes tal-Quddiesa kif inhi bħalissa.

Qatt tiżvijaw minn dan, anke jekk tkunu mġiegħla tagħmlu dan mill-pagani li se jieħdu f’idejhom il-Knejjes Kristjani tiegħi.

Huma se jipprofanaw il-Knejjes tiegħi u jibdluhom f’xejn aktar minn postijiet ta’ divertiment u postijiet soċjali.

Intom dejjem tridu ssegwu l-passi li għallimt lill-Appostli tiegħi fl-Aħħar Ċena.

Issa tridu taċċertaw ruħkom li jkollkom kollox f’postu, qabel ma jibda l-attakk.

Għaliex dalwaqt se ssibuha impossibbli li ssegwu d-duttrina falza imposta fuqkom mill-abominazzjoni li tinsab quddiemkom.

Il-Profeta Falz, mhux biss se jieħu taħt idejh il-Knisja Kattolika, iżda se jiddetta fuq il-Knejjes Kristjani kollha fejn se jgħaqqadhom flimkien bħala ħaġa waħda.

Imma mbagħad mhux ser inkun Jien, Ġesù Kristu, li fuqu se jinbena t-Tempju l-Ġdid. Se jkun Tempju, li se jieħu post is-Santa Sede, biex jonora l-Bhima.

Agħtu widen issa lil Kliemi, għax dalwaqt se taraw il-Verità.

Lil dawk il-kuraġġużi biżżejjed, li se jirreżistu din il-persekuzzjoni tal-fidi tagħkom, tridu tippjanaw minn issa.

Lil dawk li m’għandhomx biżżejjed saħħa, biex jiġġieldu r-renju tal-Antikrist u l-Profeta Falz, inżlu għarkupptejkom issa u itolbuni biex ngħinkom.

Jiena niggwidakom permezz tal-mexxejja l-ġodda tiegħi li se jinbtu fostkom, immexxija miż-Żewġ Xhieda tiegħi.

Enok u Elija, preżenti fil-Knejjes Kristjani tiegħi fid-dinja, u fid-Dar ta’ Iżrael, dalwaqt se jinfluwenzaw l-ippridkar tal-Evanġelji madwar id-dinja kollha.

Xejn mhu se jwaqqaf it-tagħlim tal-Verità.

Dan iż-żmien se jkun diffiċli, imma qumu u segwu l-Armata tiegħi fid-dinja u aktar erwieħ se jiġu salvati. Titilfux il-merħla li tajtkom f’idejkom biex tmexxuha.

Tibżgħux, għax biss billi ssegwi t-Triq tiegħi lejn il-Ħajja Eterna, tistgħu tiġu salvati.

Segwu t-triq tal-Profeta Falz, u mhux biss tintilfu Minni, imma twasslu erwieħ innoċenti oħra fit-triq tal-Infern.

Kunu kuraġġużi, Qaddejja Sagri (Saċerdoti) tiegħi.

Aċċettaw li ż-żmien tar-Ritorn tiegħi huwa imminenti. Issa m’għandkomx ħin x’taħlu.


Ġesù tagħkom


Id-Drittijiet tal-Awtur © Ġesù Lill-Umanità, 2021, 2026. Id-drittijiet kollha riżervati.
Logo JTM