Kunu Mwissija: Ir-Reliġjon tad-Dinja l-Ġdida Se Tkun Tidher Minn Barra Bħala Organizzazzjoni Tajba u Qaddisa, Mimlija Mħabba u Kompassjoni.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tat-8 ta’ Lulju, 2012, fil-5.17 pm.
Maħbuba binti l-għażiża, l-apostasija l-kbira li tkellimt dwarha, issa qed tgħaġġel sew madwar id-dinja.
Bħalissa qed tinfirex bħal velu fuq il-Knisja Mqaddsa tiegħi fid-dinja u li qed ittappan il-viżjoni tagħha bħal ċpar oħxon.
Dan huwa ż-żmien ta’ separazzjoni kbira tal-Knisja tiegħi f’żewġ kampijiet.
Fuq naħa waħda se jkollok il-Qaddejja Sagri (is-Saċerdoti) leali u maħbuba tiegħi, li jsegwu t-Tagħlim tiegħi u li qatt ma jiżvijaw minnu.
Fuq in-naħa l-oħra, hemm dawk il-Qassisin u mexxejja oħra fil-Knejjes Kristjani tiegħi, li huma influwenzati mill-ħajja moderna, u li se jipprofanaw il-Liġijiet tiegħi.
Dawn iċedu għall-pressjoni minn nies, meta jitolbuhom juru tolleranza f’isem Alla, billi jibdlu l-Liġijiet t’Alla biex jaqblu mat-talbiet tal-bniedem.
Huma jinsabu mimlijin kburija, arroganza u ambizzjonijiet tad-dinja. Mhux se jimpurtahom jekk jinbidlux is-Sagramenti Mqaddsa jew le, biex jaqblu mal-aġenda tad-dnubiet.
Issa wkoll se jiffaċilitaw l-atti ta’ abominazzjoni, li jsiru fil-Knejjes ta’ Missieri, u dan kollu f’isem id-drittijiet ċivili u tat-tolleranza.
Huma se japprovaw id-dnub, u se jinsulentawni billi jperrċu dawn id-dnubiet saħansitra quddiem it-Tabernakli Sagri tiegħi, waqt li jistennew li Jiena nibla’ dawn l-atti vili.
Dalwaqt se jabolixxu s-Sagramenti biex kulħadd ikun komdu.
Minflokhom, se jsiru festi ta’ ċelebrazzjonijiet, u forom oħra ta’ divertiment.
Din se tkun il-Knisja tad-Dinja l-Ġdida, li se tiftaħar b’ċertu bini impressjonanti f’Ruma, iżda li mhux se tonora lil Alla.
Se tinbena b’simboli Sataniċi sigrieti biex kulħadd jarhom u jadura l-Bhima.
Kull forma ta’ dnub diżgustanti quddiem Missieri l-Għażiż, se jiġi onorat pubblikament, waqt li miljuni ta’ nies se jaċċettaw il-liġijiet tagħhom ta’ taħsir morali, daqs li kieku kienu denji fl-Għajnejn ta’ Alla.
Il-Qaddejja Sagri tiegħi, li jibqgħu leali lejja, se jkollhom jiċċelbraw il-Quddies bil-moħbi, inkella jispiċċaw il-ħabs.
Huma se jinġabru flimkien bil-qawwa u, mimlija bl-Ispirtu s-Santu, jkomplu jitimgħu lil ulied Alla bl-Ikel tal-Ħajja.
Iż-żmien li t-Tempju l-Ġdid jinbena ad unur il-Bhima issa qorob sew.
Dan se jinbena taħt id-dittatorjat tal-Antikrist, li dalwaqt se jidħol fix-xena dinjija bħala r-raġel tal-paċi.
Iġbru flimkien lis-segwaċi kollha tiegħi kemm jista’ jkun malajr. Lis-Saċerdoti tiegħi li tagħrfu Leħni, tridu tibdew it-tħejjijiet tagħkom biex tiżguraw li l-Knisja tiegħi fid-dinja tkun tista’ tissaporti bil-qawwa l-persekuzzjoni li ġejja.
Maż-żmien ir-Refuġji se jkunu lesti għalikom, biex tużawhom, għaliex issa ilni nagħti struzzjonijiet lis-segwaċi tiegħi dwar dawn, għal xi żmien, biex tiżguraw li dawn jservu l-iskop tagħħom.
Din il-persekuzzjoni se tkun qasira u se tegħlbuha, għalkemm se tkun ta’ wġigħ għalikom.
Kunu mwissija. Ir-Reliġjon tad-Dinja l-Ġdida se tkun tidher minn barra, bħala organizzazzjoni tajba u qaddisa, mimlija mħabba u kompassjoni.
Se tippreżenta lilha nnifisha bħala r-reliġjon ta’ splendur u ta’ tolleranza, u se tfaħħar kull tip ta’ dnub magħruf minn Alla. Se timmanipula kull dnub li jeżisti sabiex jidher li huwa aċċettabbli fl-Għajnejn ta’ Alla.
Imma għandkom tkunu tafu, li din l-abominazzjoni Lili iddardarni, u gwaj għal dawk li jsegwu din it-triq perikoluża lejn il-kundanna eterna.
Id-dnub dejjem jibqa’ dnub f’Għajnejja.
Iż-żmien ma jbiddel xejn minn dan. Ir-regoli ġodda biex jaqdu l-leblieba tal-bniedem għal attivitajiet midinba, qatt mhu se jiġu aċċettati minni.
Ippreparaw issa għal dan l-ingann kbir, għaliex se jseħħ dalwaqt ħafna.
Ġesù tagħkom