Id-Dinja Dalwaqt Se Tiffaċċja l-Akbar Gidba Qarrieqa, li Hija Impossibbli Għall-Umanità Biex Tifhem Bħalissa.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tal-20 ta’ Lulju, 2012, fil-5.46 pm.
Maħbuba binti l-għażiża, it-tliet snin u nofs li fadal fil-perjodu tat-Tribulazzjoni jibdew f’Diċembru 2012.
Dan huwa l-perjodu meta l-Antikrist se joħroġ bħala eroj militari.
Ruħu ngħatat lil Satana li jippossjedi kull parti minnu.
Il-poteri li se jippossjedi jfissru, li maż-żmien, mhux se jitqies biss bħala r-raġel tal-paċi, imma n-nies se jaħsbu li hu Jien stess, Ġesù Kristu, is-Salvatur tal-Umanità.
Maż-żmien wkoll se jemmnu, li l-Antikrist intbagħat biex iħabbar it-Tieni Miġja tiegħi.
Għalhekk, tant erwieħ (nies ħajjin) imsieken, se jaċċettaw minn jeddhom il-Marka tiegħu, il-Marka tal-Bhima. Għax hu huwa il-Bhima, minn kull fejn tħarislu, u dan minħabba l-mod kif ix-Xitan (Satana) se jimmanifesta lilu nniffsu f’ġisem il-Bhima.
Il-Bhima se jwettaq mirakli fis-sema.
Se jfejjaq lin-nies.
Se jkun il-kap tar-Reliġjon Ġdida u Dinjija, u hu u l-Profeta Falz, li se jmexxi l-qoxra tal-Knisja Kattolika fid-dinja, se jaħdmu mill-qrib flimkien sabiex iqarrqu bl-ulied kollha ta’ Alla.
Id-dinja dalwaqt se tiffaċċja l-aktar gidba qarrieqa li hija impossibbli għall-umanità biex tifhem bħalissa.
Lil dawk minnkom li qed tingħataw il-Ktieb tal-Verità, dawn huma l-messaġġi Mqaddsa tiegħi biex iwissu lill-bnedmin kollha, dwar dawn l-affarijiet, mela kunu afu dan.
Il-pjan tagħhom se jkun tant sofistikat, li ħafna se jiġu mqarrqa minħabba l-wiċċ uman u taparsi kollu mħabba, li se jippreżentaw lid-dinja, bil-pjan kiefer tagħhom.
L-Antikrist u l-Profeta Falz bejniethom, diġà issa qed itemmu l-ippjanar tar-renju faħxi tagħhom, u l-ewwel ħaġa li se jġibu se tkun l-eskalazzjoni tal-gwerra fil-Lvant Nofsani.
L-Antikrist se jkun il-bniedem prinċipali li jiġbed l-ispag minn wara. Imbagħad se joħroġ u jidher li qed jinnegozja l-pjan ta’ paċi.
Dakinhar ikun meta d-dinja taqa’ taħt is-seħer tiegħu.
Sadanittant, il-Profeta Falz se jaħtaf il-poter fil-Knisja Kattolika.
Dalwaqt ħafna, l-Knisja Kattolika se tinġibed fir-Reliġjon Ġdida u Dinjija, skuża għall-qima Satanika. Il-qima tal-bniedem lejh inniffsu se tkun l-għan fundamentali ta’ din l-abominazzjoni, kif ukoll l-introduzzjoni ta’ liġijiet, li jammontaw għal żewġ affarijiet.
L-abolizzjoni tas-Sagramenti u l-abolizzjoni tad-dnub.
Is-Sagramenti veri se jkunu disponibbli biss minn dawk il-Qassisin u l-Kleru Nisrani ieħor, li jibqgħu leali lejja. Huma se joffru dawn is-Sagramenti fi knejjes speċjali tar-Refuġju.
L-abolizzjoni tad-dnub se tiġi introdotta permezz ta’ leġislazzjoni ta’ liġijiet, biex taparsi japprovaw it-tolleranza.
Dawn jinkludu l-abort, l-ewtanasja u ż-żwiġijiet bejn persuni tal-istess sess. Il-Knejjes se jkunu sfurzati jippermettu żwiġijiet bejn żewġ persuni tal-istess sess u l-Qassisin se jkunu sfurzati jbierkuhom f’Għajnejja.
Matul dan iż-żmien, huma se jkomplu jirreċitaw il-verżjoni tagħhom stess tal-Quddiesa Mqaddsa. L-offerta tagħhom tal-Ewkaristija Mqaddsa, meta jipprofanaw l-Ostja, se ssir fil-Knejjes Kattoliċi.
Il-Preżenza tiegħi, mhux biss se tkun nieqsa f’dawn il-Quddies, iżda se tkun nieqsa fl-istess knejjes fejn jiddiżonorawni.
Dawn il-kwistjonijiet kollha se jkunu ħafna tal-biża’ għas-segwaċi tiegħi. Intom mhux se tkunu tistgħu tibbenefikaw aktar mis-Sagramenti, ħlief minn dawk is-Saċerdoti fil-Knisja tal-Fdal tiegħi fid-dinja.
Huwa għalhekk li qed nagħtikom id-Doni (rigali) issa, bħall-Indulġenza Plenarja, għall-assoluzzjoni ta’ dnubietkom. Għall-Kattoliċi, din mhijiex maħsuba biex tissostitwixxi s-Sagrament tal-Qrar.
Se tkun mod kif tistgħu tibqgħu fi stat ta’ grazzja.
Għalkemm eluf ta’ miljuni ta’ nies se jikkonvertu matul it-Twissija, dawn il-profeziji xorta se jiżvolġu. Iżda ħafna minnhom jistgħu jiġu dilwiti permezz tat-talb biex titnaqqas it-tbatija u l-persekuzzjoni.
Intom, is-segwaċi tiegħi, ftakru, intom protetti f’kull ħin mis-Siġill t’Alla l-Ħaj.
Jekk jogħġobkom ifhmuni, li Jiena qed ngħidilkom dawn l-affarijiet, ħalli nippreparakom, sabiex tkunu tistgħu tipprevjenu kemm jista’ jkun erwieħ milli jaċċettaw il-Marka tal-Bhima.
Satana se juża l-qawwa li jippossjedi l-dawk in-nies li jieħdu l-Marka, u se jkun diffiċli ħafna li nsalvawhom.
Intom se tiġu mogħtija struzzjonijiet ma’ kull pass tat-triq tagħkom, lilkom is-segwaċi tiegħi, f’din il-missjoni. M’għandkomx tħallu l-biża’ taħkmilkom qalbkom għax Jiena se nimliekom bil-kuraġġ, bil-qawwa, bir-rieda u bil-kunfidenza, biex tqumu b’raskom merfugħa 'l fuq, hekk kif se timmarċjaw fl-Armata tiegħi.
Ftakru li x-Xitan ma jistax jirbaħ din il-battalja, għax dan qatt ma jista’ jiġri.
Dawk biss bis-Siġill t’Alla l-Ħaj u dawk li jibqgħu leali u sodi lejn Alla, jistgħu jirbħu.
Ġesù tagħkom